X

Mużiċisti żgħażagħ bi spettaklu mużikali f’Għawdex

Wara s-suċċess li kisbet il-Gozo Youth Orchestra bil-preżentazzjoni tal-11-il edizzjoni tal-ispettaklu mużikali Opera vs Pop under the Stars fil-Bitħa tal-Ministeru għal Għawdex, issa jmiss lil Gozo Youth Wind Band  li tagħti x-show Stage and Proms on the Sea nhar it-Tnejn 10 ta’ Settembru fit-8.30pm fl-Imġarr Marina ix-Xatt.

Għadd ta’ mużiċisti żgħażagħ Għawdxin imsaħħa minn xi mużiċisti oħra Maltin u barranin  taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr Joseph Grech jinsabu bħalissa għaddejjin bil-preparamenti għal din ir-raba’ edizzjoni ta’  dan l-ispettaklu mużikali li se jkun jinkludi siltiet minn shows li jittellgħu fil-West End ta’ Londra flimkien ma’ ‘entertainment’ ieħor.  Kull min jattendi se jkun jista’ jgawdi siltiet  u medleys minn Musicals popolari u magħrufa kif ukoll ‘encoures’ klassiċi li jsiru  fil-‘Proms Final Night’  fir-Royal Albert Hall fil-belt kapitali tar-Renju Unit.

Il-pubbliku jista’ jattendi u jsegwi bilwieqfa dak kollu li jkun għaddej fl-Imġarr t’Għawdex inkella jagħżel li jibbukkja li joqgħod bilqegħda waqt li jiekol u jixrob waqt l-ispettaklu billi jibbukkja f’dan l-indirizz elettroniku: gozowindbandorchestra@yahoo.co.uk inkella jċempel 79421611/99421611.

Din l-attività qed issir bil-għajnuna sħiħa tal-Gozo NGO Assistance Scheme fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

av :