Mużika
Mużika barokka għall-Milied fit-Teatru Manoel

It-Teatru Manoel ser jippreżenta l-ewwel kunċert tal-Milied mill-Valletta Baroque Ensemble, VIBE, nhar il-Ħamis 21 ta’ Diċembru fit-8pm fil-knisja antika ta’ San Girgor fiż-Żejtun.

Dan il-kunċert ser ikun l-ewwel wieħed għal VIBE. Il-kunċert ser jsir taħt id-direzzjoni ta’ Marco Mencoboni, wieħed mill-personalitajiet ewlenin fl-interpretazzjoni tal-Mużika Barokka. Is-surmast Mencoboni huwa wkoll il-viċi president ta’ REMA (Réseau Européen de Musique Ancienne) l-assoċjazzjoni Ewropea tal-mużika antika, u bħalissa qiegħed imexxi sessjonijiet f’Malta fl-interpretazzjoni tal-mużika ta’ Claudio Monteverdi.

Il-Programm jinkludi il-Cantata BWV 51 “Jauchzet Gott in allen Landen” li tfisser infaħħru l-Alla kullimkien, ta’ Johann Sebastian Bach għal soprano, trumbetta, kordi u kontinwo, l-unika xogħol ta’ Bach miktuba għal dawn l-istrumenti, meqjusa minn studjużi ta’ Bach bħala waħda mixgħula bil-ferħ u sbuħija.

Il-Concerto Grosso Op 6 no 8 in Sol minore “Fatto per la notte di Natale” ta’ Arcangelo Corelli, magħrufa aħjar bħala il-Concerto tal-Milied, bla dubju l-aktar biċċa xogħol mużikali popolari ta’ Corelli wkoll ser tkun parti mill-programm.

Il-kunċert jagħlaq bl-interpretazzjoni tal-“Messa Pastorale” ta’ Benigno Zerafa; qassis u kompożitur Malti tal-mużika sagra li serva bħala Maestro di Cappella fil-Katidral ta’ San Pawl l-Imdina bejn l-1744 u l-1786.

Bħal kull quddies miktuba għal żmien il-Milied, il-mużika hija melodjuża u ferriħija.

Biljetti li jiswew €20 jistgħu jinkisbu mis-sit www.teatrumanoel.com.mt, permess ta’ email fuq [email protected] jew b’telefonata fuq in-numru 2124 6389.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Il-Banda tal-Korp tal-Pulizija se torganizza l-kunċert annwali ‘Winter Wonderland’ nhar l-24 ta’ Diċembru 2018 fis-6.30pm, fi Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta. Fil-kunċert se jieħdu sehem Kevin Borg, Neville Refalo, Kimberley Manicaro,…

Mużika

Malta’s most anticipated Magical Christmas show is back for the 4th consecutive year as the Mediterranean Conference Centre is expected to turn into one energetic concert on Saturday 15th and…

Mużika

Tenor Joseph Calleja heads a world class line up of performers for this year’s BOV Joseph Calleja Foundation fundraising concert, which will feature the concertmaster at the Metropolitan Opera in…

Mużika

Teatru Manoel, The Embassy of Italy in Malta and The Italian Cultural Institute in Valletta present Note d’Europa with the legendary violinist Uto Ughi and pianist Bruno Canino. The programme…

Aktar