Attivita'
Mużika kontemporanja Torka fil-Mellieħa

Ir-raħal pittoresk tal-Mellieħa se jospita serata ta’ mużika Torka kontemporanja mħallta ma’ ħsejjes oħra minn madwar id-dinja fit-13 ta’ Lulju, hekk kif il-Bosphorus Quartet ta’ Burhan Öçal se jdoqqu biċċiet mużikali bi stil etniku f’Misraħ iż-Żjara ta’ Papa Ġwanni Pawlu II. Dan l-avveniment huwa parti mill-Programm Kulturali ta’ Valletta 2018.

Permezz ta’ siltiet adattati apposta għall-okkażjoni, il-Bosphorus Quartet ta’ Burhan Öçal se jġib taħlita mużikali mlewna ta’ kompożizzjonijiet Torok kontemporanji flimkien ma’ biċċiet internazzjonali lejn il-Mellieħa.

Il-mużiċist Malti Chris Tanti, wieħed mill-aqwa kitarristi lokali li jispeċjalizza fit-teknika  ‘fingerstyle’, se jagħti l-wirja tiegħu wkoll matul il-lejl fejn se jdoqq is-sett tal-ftuħ.

Burhan Öçal huwa perkussjonist u multi-instrumentalist Tork li huwa magħruf internazzjonalment fil-qasam tal-mużika jazz u l-ħsejjes ta’ madwar id-dinja. Huwa mistieden regolari f’festivals ewlenin tal-jazz madwar id-dinja, u espona ruħu wkoll f’ diversi kunċerti.

Il-missjoni ta’ Öçal hija li jgħaqqad ġeneri u tradizzjonijiet kulturali differenti permezz tal-mużika biex joħloq ħoss uniku u kontemporanju. Flimkien mal-Bosphorus Quartet, Öçal jippreżenta mużika mimlija ħsejjes etniċi b’togħma distintament Mediterranja.

Dan il-kunċert se jsir fit-13 ta’ Lulju fit-8pm, f’Misraħ iż-Żjara ta’ Papa Ġwanni Pawlu II, il-Mellieħa.

 

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ se jtella’ Villaġġ tal-Milied fi Pjazza San Filep u Triq Sciortino Ħaż-Żebbuġ. L-attività, li qed tittella’ bil-kolloborazzjoni mal-Kadini tal-Banda u bl-attendenza tal-Iscouts, se ssir nhar l-Erbgħa li…

Attivita'

Nhar it-Tnejn 17 ta’ Diċembru fil-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar ser jittella’ l-kunċert annwali għal żmien il-Milied mill-Kor Jubilate Deo. Din is-sena, il-kunċert għandu sinifikat akbar minħabba l-fatt li matulu ser ikun…

Attivita'

Għal darb’ oħra l-kunċert annwali tal-kor The New Choral Singers se jittella’ fuq żewġ serati: nhar it-Tlieta 18 ta’ Diċembru, fil-Pro Katidral Anglikan ta’ San Pawl ġewwa l-Belt Valletta, u…

Attivita'

Għar-raba’ sena konsekuttiva, il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi se jorganizza Pjazza Milied fi Pjazza San Nikola. Din is-sena Pjazza Milied se tinkludi attrazzjoni unika bil-parteċipazzjoni tas-Siġġiewi, fil-proġett Magna Żmien li qed isir…

Aktar