Attivita'
Nassaba jiddiskutu l-lingwaġġ tagħhom waqt seminar fl-Università

Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Marzu, fis-6.00pm fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, se jsir seminar dwar “L-Għasafar trid Għasafar: Il-Lingwaġġ tan-Nassaba” bis-sehem ta’ Raymond Cordina, Michael Grima, Louis Camilleri, u l-Prof. Mark-Anthony Falzon.

F’dan is-seminar, in-nassaba se jiddiskutu l-lingwaġġ li jużaw meta jitkellmu dwar il-mansab, dwar il-passa, dwar l-ismijiet u l-għajat jew ħsejjes tal-għasafar, u dwar it-teknika tal-insib.

Fit-teżi tagħha tal-2015 dwar “Ir-Reġistru tal-Kaċċa u l-Insib”, Marija Cutajar tgħid li n-nassaba u l-kaċċaturi “jużaw kliem jew aħjar reġistru differenti mit-taħdit ta’ kuljum”. Min-naħa l-oħra, nafu wkoll li fl-insib, hemm kliem li nużaw fil-ħajja ta’ kuljum li jingħata funzjoni u tifsira differenti.

Din l-attività hija parti mill-proġett dwar It-Tradizzjoni Orali tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta. Il-proġett jinsab fit-tielet sena tiegħu u qed isir bl-għajnuna tal-Fondi ta’ Riċerka tal-Università u l-Klabb Kotba Maltin. Ħajr lil Jimmy Grima u l-progett S.O.A.B. għall-għajnuna fit-tħejjija ta’ dan is-seminar.

Dawn l-attivitajiet huma miftuħin għal kulħadd u d-dħul huwa b’xejn.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Heritage Malta qed torganizza Open Day fid-Domvs Romana, ir-Rabat. Dawk li jżuru d-Domvs Romana, ikunu jistgħu jieħdu idea ta’ kif kienet tkun id-dar ta’ aristokratiku Ruman żmien twil ilu. Il-mużajk…

Attivita'

Li tkun preżenti fit-tempji preistoriċi tal-Mnajdra, l-Qrendi, fi sbieħ il-jum huwa diġà mument uniku. Iżda għada, il-pubbliku se jkun jista’ josserva wkoll l-ewwel raġġi tax-xemx hekk kif jidħlu direttament mill-entratura…

Attivita'

Wara 35 sena, fuq kitba ta’ Manwel Haber, ACTion Productions se terġa’ tippreżenta l-kummiedja Ejja tabib għax għandi t-taqlib. L-istorja ta’ din il-kummiedja ddur mal-familja Mula. Jessie, tfajla mqarba u…

Attivita'

Mill-15 sad-19 ta’ Marzu, Heritage Malta qed tistieden lid-dilettanti tal-mudelli u lill-pubbliku ġenerali sabiex iżur il-wirja ta’ mudelli li qed tittella’ fil-Mużew Marittimu l-Birgu. Din hija t-38 wirja annwali li…

Aktar