Mużika
Night with the Stars mill-Pinto Brass Band

Fl-okkażjoni tal-156 sena anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan, il-Pinto Brass Band fi ħdan l-istess Soċjetà ser ittella’ kunċert divertenti li ser ikun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Dominic Darmanin. Inċidentalment din is-sena Mro Darmanin qiegħed ukoll jiċċelebra l-25 sena anniversarju bħala surmast direttur tal-istess banda.

Il-kunċert ta’ din is-sena ser ikun qed jingħata xejra differenti minn tas-soltu hekk kif mal-brass band, ser ikunu qed jingħaqdu kantanti stabbiliti fosthom Maxine Pace, Gianluca Cilia, Dario Mifsud Bonnici, Rhiannon Micallef, Klinsman Coleiro, Destiny Chukunyere, Michela Galea, Danica Muscat kif ukoll Fabrizio Faniello.

Ma’ dawn il-kantanti stabbiliti ser ikunu qed jingħaqdu wkoll kantanti promittenti żgħażagħ fejn ser ikantaw ma’ dawn il-kantanti popolari fi dwetti. Ta’ min jgħid li dan il-kunċert qed jittella’ bil-kollaborazzjoni ta’ ERSEB productions fl-okkażjoni tal-35 sena anniversarju mit-twaqqif tagħhom.

Dan l-ispettaklu mużikali ser jittella’ nhar it-Tlieta 5 ta’ Ġunju, Jum il-Fondazzjoni fit-8.00pm fi Triq San Bastjan quddiem is-sede tal-Każin Pinto. Kulħadd huwa mistieden biex jattendi u d-dħul huwa mingħajr ħlas. Is-serata ser titmexxa minn Louise Doneo u Aiken Buhagiar.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

St Paul Choral Society, wieħed mill-aqwa korijiet polifoniċi f’Malta, ser jippreżenta kunċert bil-kor, l-orgni u l-orkestra taht it-tmexxija ta’ Dr Hugo Agius Muscat.  Dan il-kunċert ser isir fl-għeluq il-20 anniversarju…

Mużika

Fuq stedina tal-Assemblea Regionale Siciliana u tal-Uffiċċju tal-President ta’ Malta, is-Soċjetà Filarmonika L’Unione ta’ Ħal Luqa ġiet mistiedna sabiex ittella’ programm mużikali fil-Palazz Normann li fih jiltaqa’ l-Parlament Reġjonali ta’…

Mużika

Se jsir kunċert fuq l-orgni mill-Organista Joe Caruana fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun, nhar is-Sibt, 29 ta’ Settembru 2018 fit-8.00pm. Il-kunċert se jsir fl-okkażjoni ta’ ‘Żejt iż-Żejtun’, organizzat mill-Kunsill Lokali flimkien mal-Kunsill…

Mużika

Back in January it was announced that the charismatic and talented Joe Roscoe was to be the new frontman of Red Electrick and from then on there was no looking…

Aktar