Attivita'
Open Day fil-mużew MUŻA

Nhar is-Sibt 15 ta’ Diċembru se torganizza Open Day mill-10am sa 12am fil-MUŻA. Id-dħul se jkun bla ħlas. L-għada MUŻA se jkun miftuħ bħall-mużewijiet l-oħra ta’ Heritage Malta – mid-9am sal-5pm (l-aħħar dħul fl-4:30pm).

Il-mużew il-ġdid tal-arti MUŻA ġie inawgurat nhar is-Sibt, 10 ta’ Novembu b’investiment ta’ €10 miljun.

L-isem magħżul MUŻA huwa taqsira għal MUŻew tal-Arti u anki għall-kelma Maltija li tfisser ispirazzjoni, filwaqt li t-tikka fuq iz-z (Ż) tenfasizza l-esklussività tal-alfabet Malti. L-isem jirrelata wkoll mal-mużi li kienu kreaturi mitoloġiċi taż-żmien klassiku li jispiraw il-kreattività.

Permezz ta’ kollezzjoni ta’ aktar minn 20,000 biċċa xogħol tal-arti, MUŻA se tkun qed twassal stejjer interessanti li bihom se tilħaq firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati, partikolarment kommunitajiet. Il-lwog strateġiku tal-mużew, fil-qalba tal-Belt, flimkien maż-żewġ daħliet tiegħu – waħda li tagħti fuq Triq Merkanti u l-oħra li tagħti għal Pjazza Jean de Valette – se jiġbdu lin-nies ħalli jduru fil-bitħa prinċipali li issa saret spazju pubbliku. MUŻA għandu wkoll kafeterija, kamra tal-pranzu, uffiċċju tal-informazzjoni għat-turisti u ħanut speċjalizzat bi prodotti ta’ kwalità.

Minħabba l-konferenza internazzjonali Network of European Museum Organisations (NEMO) li saret f’MUŻA, mill-15 sat-18 ta Novembru, il-mużew kien magħluq għall-pubbliku.

Din il-ġimgħa, MUŻA se jilqa’ fih numru ta’ avvenimenti, fosthom il-Festival Malhalla li se jiġi organizzat kuljum matul il-ġurnata mis-6pm ‘l quddiem. Dan l-avveniment se jinkludi diskussjonijiet, films u proġetti tal-komunità. MUŻA se tkun qed turi xogħlijiet ta’ artisti internazzjonali li ġejjin minn reġjuni varji tal-Mediterran. Uħud minn dawn l-artisti wettqu xi xogħolijiet anki hawn Malta. Matul il-ġurnata, il-mużew se jkun magħluq bi preperazzjoni għall-avveniment ta’ filgħaxija. Madanakollu l-pubbliku huwa mistieden jattendi għall-festival filgħaxijiet. Il-galleriji tal-arti mhux se jkunu aċċessibbli waqt dan il-festival.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Nhar it-Tlieta 23 t’April 2019 (mid-9:30am ‘l quddiem) ġewwa l-Librerija Pubblika Ċentrali, il-Furjana, Malta Libraries ser tkun qed tiċċelebra Jum il-Libreriji u l-Jum Dinji tal-Ktieb 2019 b’Open Day għall-familja kollha…

Attivita'

LIBER LIBRORUM: Texts, Translations & Exegesis hija wirja organizzata minn Malta Libraries fil-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta, il-Belt Valletta. L-għan ta’ din il-wirja hu li turi wħud mill-kopji tal-Bibbja misjuba fil-kollezzjoni…

Attivita'

Nhar il-Ħadd, 28 t’April, dawk l-istudenti kollha li akkwistaw l-ewwel viża tagħhom bil-Passaport ta’ Heritage Malta huma mistiedna għall-avveniment esklussiv li se jsir fit-Tempji Neolitiċi ta’ Kordin III f’Raħal Ġdid….

Attivita'

Saturday 6th, Sunday 7th and Monday 8th April 2019 will take place the second edition of Italian Taste – Food tasting Event.  The events is an opportunity to see the most…

Aktar