Attivita'
Open day fir-riserva naturali tal-Għadira biex tara l-frieħ tal-Fras-servjenti

Il-BridLife Malta qalet li s’issa l-2019 kienet sena tajba għall-għasafar li jbejtu f’Malta b’għadd ta’ speċi differenti osservati jbejtu b’suċċess kemm fir-riservi naturali ta’ BirdLife Malta kif ukoll f’postijiet differenti madwar il-Gżejjer Maltin.

Bla dubju li l-ispeċi sinonima ma’ dan il-perjodu tal-bejta fir-Riservi Naturali tal-Għadira, jibqa’ l-Fras-servjent. Aktar kmieni dan ix-xahar faqqsu l-frieħ ta’ żewġ pari Fras-servjenti li kellhom erbat ifrieħ kull wieħed. L-għasafar adulti setgħu jiġu osservati jipproteġu liż-żgħar tagħhom bil-metodu li huwa karatteristiku ta’ dawn l-għasafar li ma jiddejqu xejn ikeċċu għasafar oħrajn li jqisuhom bħala theddida għall-frieħ, saħanistra għasafar ferm ikbar fiddaqs.

Dawn l-għasafar eleganti ilhom ibejtu fir-riserva fil-Mellieħa – bl-eċċezzjoni ta’ xi snin partikolari – għal dawn l-aħħar disa’ snin, mill-2011.
Wara li fir-rebbiegħa tas-sena l-oħra ma bejtux, is-suċċess doppju ta’ din issena bi tmint ifrieħ kien wieħed li lqajnieh b’sodisfazzjon. Suċċess ieħor importanti rreġistrat fl-Għadira din is-sena kien dak tal-Monakelli li għal sena oħra wkoll reġgħu bejtu fir-riserva. Ir-riserva ospitat
żewġ pari li bejtu b’suċċess din ir-rebbiegħa u li kull wieħed minnhom kellu tlett ifrieħ. Aktar minn hekk, hemm stennija għal aktar frieħ hekk kif par minnhom reġa’ bejjet għat-tieni darba. Il-Monakella bejtet l-ewwel darba flGħadira fl-1995.

Filwaqt li r-riservi tal-BirdLife Malta bħalissa jinsabu magħluqin għall-btajjel tas-sajf, l-għaqda ħasset li kellha taqsam mal-pubbliku l-ispettaklu meraviljuż tan-natura li qed jipprovdu dawn il-familji ġodda ta’ għasafar, u għalhekk se tkun qed torganizza open day speċjali nhar is-Sibt li ġej 29 ta’ Ġunju 2019. L-Għadira se tkun miftuħa bejn is-07:00 u l-10:00 bid-dħul ikun b’xejn u mingħajr il-ħtieġa li wieħed jibbukkja.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

On Friday 9th August Pjazza Teatru Rjal presents the third edition of Notte Italiana. It has become somewhat of a tradition that we usher in the month of August with…

Attivita'

Bħal-lum ġimgħa, il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju 2019, l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali se tkun qed tesegwixxi Programm Mużikali bl-isem ta’ ‘Swing Summer Night’ fil-Każin San Gejtanu fit-8pm. Id-dħul għal dan il-Programm Mużikali…

Attivita'

Fis-26 ta’ Lulju, fiċ-Ċittadella, il-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, se jikkommemora l-Assedju ta’ Għawdex 1551  bi dramm. Id-dramm imqassar tal-Isqof Ġużeppi Cauchi ”Jasar u Fidwa”…

Aktar