Opera vs Pop Under the Stars f’Għawdex

Sa mit-twaqqif tagħha fl-2002, il-‘Gozo Youth Wind Band & Orchestra’, li tikkonsisti f’żewġ gruppi separati ta’ mużiċisti żgħażagħ ferm promettenti, qatt ma waqfet milli tiddeverti lill-pubbliku Malti u Għawdxi b’repertorju twil ta’ mużika varjata għall-familja kollha.  Ġejjin minn kull rokna t’Għawdex u msaħħa minn mużiċisti t’esperjenza wħud minnhom residenti barranin li jgħixu fostna, il-‘Gozo Youth Wind Band & Orchestra’  matul is-snin tat spettakli mużikali ta’ livell għoli kemm f’Għawdex kif ukoll f’Malta.  Din l-idea kienet twieldet riżultat tal-miġja fostna  tad-‘Derbyshire City & County Youth Wind Band & Orchestra’ fl-2001 mir-Renju Unit.

Għat-tnax-il sena konsekuttiva, il-‘Gozo Youth Orchestra’ taħt id-direzzjoni tal-Fundatur u Direttur tagħha Mro Dr Joseph Grech se  terġa’ tippreżenta l-ispettaklu mużikali Opera vs Pop Under the Stars, nhar it-Tnejn 29 ta’ Lulju 2019 fit-8.30pm, fil-Bitħa tal-Ministeru għal Għawdex Victoria bil-kolloborazzjoi sħiħa tal-Ministeru għal Għawdex u tal-Ambaxxata Amerikana f’Malta.

Matul dan il-kunċert annwali tant mistenni se jieħdu sehem is-Sopran Għawdxija li tgħix f’New York Pamela Agius, it-Tenur Joseph Aquilina u l-kantant popolari Ludwig Galea.  Fl-ewwel parti tal-programm il-pubbliku se jkun jista’ jisma’ siltiet minn Opri magħrufa flimkien ma’ mużika klassika filwaqt li wara l-intervall, l-Orkestra se tagħtina repertorju ta’ arranġamenti mużikali Pop flimkien ma’ sound tracks minn Films u Musicals. Jippresiedu l-kunċert l-Ministru għal Għawdex Dr Justyne Caruana u x-Charge d’Affairs tal-Ambaxxata Amerikana f’Malta Mr  Mark A. Schapiro.

Minn jixtieq jirreserva post huwa  ġentilment mitlub jibgħat email f’dan l-indirizz elettroniku: [email protected] inkella jċempel 99421611/79421611.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

On Friday 9th August Pjazza Teatru Rjal presents the third edition of Notte Italiana. It has become somewhat of a tradition that we usher in the month of August with…

Fl-okkażjoni tal-mitt sena mill-miġja fir-raħal tal-Vara Titulari ta’ Santa Venera V. u M., fis-7pm, se jitlaq pellegrinaġġ devozzjonali mill-Knisja Parrokkjali sal-Knisja l-Qadima. Ir-rotta li ħa jieħu l-Pellegrinaġġ se tkun simili…

Il-Parroċċa Santa Marija ta’ Ħad-Dingli se torganizza l-festa ta’ Santa Marija Maddalena fil-kappella ddedikata lil din il-qaddisa fuq l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli (ħdejn ir-radar). Il-festa se tiġi ċċelebrata nhar it-Tnejn 22 ta’ Lulju, 2019.  Fis-7.30…

Aktar