Attivita'
Opportunità biex tara tlugħ ix-xemx waqt is-solstizju tar-rebbiegħa

Qatt rajt is-solstizju tar-rebbiegħa?

Heritage Malta se tkun qegħda terġa’ toffri l-esperjenza unika ta’ tlugħ ix-xemx waqt is-solstizju tar-rebbiegħa fit-Tempji tal-Imnajdra meta se tkun qed torganizza żjara bi gwida fis-sit sbieħ nhar it-Tlieta 20 u l-Erbgħa 21 ta’ Marzu.

Fit-Tempji tal-Imnajdra, wieħed mit-tempji Neolitiċi mibnija tul ir-raba’ u t-tielet millenji QK, it-Tempju tan-Nofsinhar inbena biex jimmarka l-pożizzjoni ta’ tlugħ ix-xemx nhar l-ewwel jum ta’ kull staġun. Il-viżitaturi fl-Imnajdra se jibqgħu affaxxinati waqt tlugħ ix-xemx fil-bidu tar-rebbiegħa meta r-raġġi tagħha jaqsmu b’mod eżatt id-daħla enormi bi tliet ġebliet tat-tempju t’isfel fl-Imnajdra, u jitfgħu ponta dawl f’niċċa żgħira fid-daħliet l-aktar fondi tal-kumpless megalitiku.  Meta tikkunsidra li n-nies li bnew it-tempji kienu bdiewa u li l-għajxien tagħhom kien jiddependi mill-agrikoltura, it-tibdil tal-istaġuni probabbli kellu tifsira speċjali.

Biex tipprovdi esperjenza aħjar għall-viżitaturi, li se jsegwu tlugħ ix-xemx minn ġot-tempju, Heritage Malta qed toffri postijiet limitati. Min hu interessat jista’ jixtri l-biljetti mis-siti u l-mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta jew mis-sit elettroniku ta’ Heritage Malta.

Il-parteċipanti għandhom jiltaqgħu fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra fis-5:30am. L-attivitá tinkludi tlugħ ix-xemx fit-tempju, żjara bi gwida fit-Tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra, żjara fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi li tinkludi l-filmat 4D u pawża għall-kafé.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Nhar is-Sibt 11 t’Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal, il-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni tas-surmast Joe Brown se tella’ t-tieni edizzjoni tal-kunċert Notte Italiana. Għal darba oħra dan il-kunċert ser ikun…

Attivita'

Biex tiżdied iktar il-kuxjenza dwar il-volumi ta’ skart tal-plastik li jintrama’ u jispiċċa fil-baħar, tliet għawwiema se jagħmlu sfida b’għama ta’ 70 kilometru madwar Malta. It-tliet għawwiema – Neil Agius,…

Attivita'

Qatt kilt laħam tal-kukkudrill?  Tixtieq tippruvah?  Issa huwa ċ-ċans li dduq kebabs tal-kukkudrill waqt l-edizzjoni li jmiss tal-Festival Internazzjonali Malti tal-Ikel fl-Imdina. L-aroma tal-kċina Amerikana, Ġermaniża, Taljana, Spanjola, Orjentali, Tajlandiża,…

Aktar