Arti
Opportunità fiż-żfin għaż-żgħażagħ Għawdxin

Spazju Kreattiv qed jistieden żgħażagħ Għawdxin ta’ bejn it-13 u s-17-il sena biex jipparteċipaw fi proġett taż-żfin u tal-moviment maż-żeffiena u koreografa Gdalit Neuman bejn l-1 u t-12 ta’ Mejju 2018 f’Għawdex. L-ebda esperjenza taż-żfin meħtieġa.

Gdalit Neuman hija żeffiena, koreografa u edukatriċi Kanadiża/Iżraeljana. Żifnet mar-Rina Schenfeld Dance Theatre u ma’ The Israeli Opera, u għamlet koreografija indipendenti kemm fl-Iżrael kif ukol fil-Kanada, u kienet fil-fakultà tal-Iskola Nazzjonali tal-Ballet tal-Kanada u fid-Dipartiment taż-Żfin tal-Università ta’ York.
Gdalit għandha dan il-messaġġ għaż-żgħażagħ Għawdxin.

Bl-użu ta’ tekniki tal-moviment, se nesploraw kwistjonijiet li huma importanti għalik! X’inhu dak li jagħmlek uniku bħala żgħażugħ/a Għawdxi/ja? Kif tara lilek innifsek bħala ċittadin t’Għawdex, ta’ Malta, tal-Ewropa, tad-dinja? X’inhuma l-aspirazzjonijiet tiegħek għall-futur? Il-ġenerazzjoni tiegħek kif inhi unika u differenti minn dik tal-ġenituri u n-nanniet tiegħek? Liema tradizzjonijiet huma għal qalbek u liema minnhom m’għadhomx rilevanti għalik? Ingħaqad magħna f’dan il-vjaġġ affaxxinanti!

Gdalit Neuman se tkun Għawdex bħala parti mill-Programm Artisti f’Residenza tal-Fondazzjoni Kreattività, flimkien ma’ Valletta 2018. Din is-sena, madwar 20 artist minn madwar id-dinja kollha se jgħixu fir-Residenza fl-Għarb, u se jaħdmu fuq diversi proġetti mal-komunitajiet Għawdxin.

Aħbarijiet Oħra
Arti

The Friends of the Manoel in collaboration with St John’s Co-Cathedral Foundation are organising a talk on Caravaggio by Fr Marius Zerafa O.P. Fr Marius Zerafa O.P. was Curator of…

Arti

Destiny always seems to carry an unknown plan that continuously eludes us. With this personal exhibition, artist Damian Ebejer goes into facets of his art that were not planned in…

Arti

Arthall presents a collective exhibition focused on the expressive power of abstract, colour, and forms with artists from Malta, Hungary, and the United Kingdom. The participating artists make use of…

Arti

Vincent Borg started attending the Malta School of Art when he reached retirement age. The beauty of non-painted images such as mosaic, prints and veneered marble work fascinates him. He…

Aktar