Attivita'
Opportunità għat-tfal biex jisimgħu ġrajjiet antiki b’differenza

Nhar is-Sibt, 30 ta’ Marzu, Heritage Malta qed tilqa’ l-attività għat-tfal ‘Planting Story Seeds’ fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali, l-Imdina. Din l-attività se sservi bħala opportunità unika biex wieħed jiltaqa’ ma’ narraturi, jisma’ ġrajjiet interessanti u anki jieħu ideat dwar it-teknika tan-narrattiva. Dan l-avveniment jifforma parti minn kollaborazzjoni twila bejn ħames pajjiżi Ewropej għall-proġett ‘Here Where I Belong’, iffinanzjat minn FEST u Creative Europe.

Fl-imgħoddi, ir-rakkonti kienu jservu biex jitwasslu l-valuri u l-għerf minn ġenerazzjoni għall-oħra. Permezz tagħhom, iż-żgħar u l-anzjani setgħu jinġabru flimkien ħalli ż-żgħar jixorbu l-għerf tal-anzjani, filwaqt li l-anzjani jsibu liż-żgħar iwiżżnuhom bl-enerġija u bis-saħħa tagħhom. Probabbilment illum ftit li xejn nintebħu kif ħajjitna tiġi influwenzata mill-ġrajjiet tal-postijiet u tan-nies li għexu fihom qabilna.

Waqt din l-attività, ħames narraturi minn Malta, in-Norveġja, l-Italja, is-Slovenja u l-Ungerija se jiltaqgħu flimkien ħalli jerġgħu jiktbu mill-ġdid il-ħrejjef tagħna bil-għan li jagħtuhom relevanza għaż-żmien ta’ llum. L-istejjer se jiffukaw fuq in-natura u se jesploraw narrattivi dwar l-ambjent naturali tal-Ewropa li huwa parti importanti mill-patrimonju kulturali.

Dan l-avveniment huwa mmirat għal tfal bejn l-età ta’ 5 u 12 il-sena. It-tfal li jattendu jeħtieġ li jippreżentaw il-Passaport ta’ Heritage Malta. L-attendenza hija bla ħlas, iżda huwa neċessarju li wieħed jibbukkja l-post. Jistgħu jattendu biss 20 tifel/tifla, kull wieħed akkumpanjat b’adult wieħed. Għalhekk, min jixtieq jattendi huwa mħeġġeġ li japplika minnufih ħalli ma jkunx diżappuntat.

Ħin: 1.30pm – 3.30pm

Jekk tixtieq tattendi, jew għal aktar informazzjoni, ibgħat email fuq [email protected]

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Il-BridLife Malta qalet li s’issa l-2019 kienet sena tajba għall-għasafar li jbejtu f’Malta b’għadd ta’ speċi differenti osservati jbejtu b’suċċess kemm fir-riservi naturali ta’ BirdLife Malta kif ukoll f’postijiet differenti…

Attivita'

The Directorate for Research, Lifelong Learning and Employability in collaboration with Friends of the Earth Malta, will be hosting a Sustainability Workshop and Repair Café on Saturday 22nd June at…

Attivita'

Iċ-Ċiefa (bl-Ingliż Scopoli’s Shearwater) hija għasfur tal-baħar li jqatta’ ħajtu fuq l-ilma u jersaq lejn l-art biss biex ibejjet. Dan l-għasfur ibejjet f’diversi rdumijiet madwar il-Gżejjer Maltin, u f’Malta għandna…

Aktar