Attivita'
Opportunità unika biex tara l-manuskritt ta’ Il-Kappillan ta’ Malta

It-traduzzjoni tal-Kappillan ta’ Malta ta’ Nicholas Monsarrat magħmula minn Wistin Born se toħroġ uffiċjalment għall-pubbliku f’San Lawrenz, Għawdex għada fil-11am, fl-Iskola Primarja ta’ San Lawrenz, bis-sehem tal-Ministru għal Għawdex, Dr Justyne Caruana, u l-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz.

Dawk preżenti se jkollhom l-opportunità unika li jaraw mill-qrib il-manuskritt oriġinali ta’ Monsarrat li jġib il-plot tal-Kappillan ta’ Malta, dokument li kien ingħata lill-Kunsill Lokali mill-armla ta’ Monsarrat.

Kien preċiżament hawnhekk, fejn għex l-aħħar għaxar snin ta’ ħajtu, li Monsarrat kiteb dan ir-rumanz famuż fl-1972/73. It-traduzzjoni għall-Malti ta’ Borg saret anqas minn sena wara biex inqrat minn Charles Arrigo fuq ir-Rediffusion fl-1974/75. Il-manuskritt tat-traduzzjoni kien ilu arkivjat għal 50 sena sħaħ. Wistin Born huwa l-awtur tar-rumanz magħruf Is-Salib tal-Fidda.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Fis-Sala Kappella tal-Mirakli fil-Ġnien tal-Mirakli, Ħal Lija se jsir il-festival taċ-ċitru. Hawnhekk se jkun hemm il-bejgħ tal-frott, ikel lokali u inernazzjonali kif ukoll bejgħ tal-prodotti tal-għasel. Il-festival se jsir fl-20…

Attivita'

Skont il-Kummissjoni Għolja tal-Ġnus Magħquda għar-Refuġjati, illum 13.1 miljun persuna fis-Sirja għandhom bżonn għajnuna umanitarja – dan minħabba 8 snin ta’ gwerra ċivili krudili u persekuzzjoni kontra l-Kristjani li ġarrbu…

Attivita'

Amigos huwa grupp magħmul minn żgħażagħ, li jwettqu xogħol volontarju u jagħmel parti mis-Segretarjat Missjonijiet Agostinjan. Ta’ kull sena jwettqu xogħol missjunarju, ‘il barra minn xtutna. Din is-sena jagħlqu 25…

Attivita'

Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Etienne Spiteri, il-Banda San Ġiljan se ttella’ kunċert mużikali bl-isem Music from Vienna, li jikkonsisti minn repertorju esiġenti u magħruf tal-kompożitur Awstrijakk Johann Strauss Jr, li żgur…

Aktar