Attivita'
Orkestra leġġendarja mill-ġdid f’Malta b’żewġ kunċerti

Dar il-Mediterran għall-Konferenzi b’kollaborazjoni mal-“European Foundation for Support of Culture” qed tippreżenta kunċert ta’ mużika simfonika mal-Orkestra St Petersburg Capella Symphony imqassam fuq jumejn fis-Sala Repubblika, Dar il-Mediterran għall-konferenzi, fil-Belt Valletta.

Din l-orkestra leġġendarja, se terġa’ tirritorna lejn Malta sabiex ittella’ żewġ kunċerti b’mużika simfonika.  Nhar is-Sibt, 15 ta’ Ġunju s-solisti Julian Milkis u Haik Kazazian ser jingħaqdu mal-Orkestra St Petersburg Capella Symphony taħt id-direzzjoni tal-konduttur Alexander Chernushenko għal programm ta’ mużika klassika. Dawn huma ismijiet kbar fil-mużika klassika, ismijiet ta’ fama mondjali.

Bla dubju ta’ xejn Tchaikovsky, Rimsky Korsakov, Shor u l-Gilliland Jazz concerto ser ipaxxu lil kull min ser jattendi.

Il-Ħadd, 16 ta’ Ġunju, l-orkestra St Petersburg Capella Symphony ser tkun qed iddoqq mużika ta’ Brahms.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jidħol fuq www.mcc.com.mt

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti qed ittella’ esebizzjoni tal-mużajk Of Land and Sea minn Raymond Aquilina u Flavia Marmara. Raymond Aquilina u Flavia Marmarà huma żewġ kollegi u artisti appasjonati fl-arti tal-mużajk….

Attivita'

Għada, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex jattendi għal laqgħa kommemorattiva f’isem l-iskultur Frans Galea, fil-mużew nazzjonali tal-arti MUŻA. F’dan l-avveniment se jattendu familjari u ħbieb ta’ Galea biex jaqsmu…

Attivita'

Nhar il-Ħadd, 19 ta’ Mejju, Heritage Malta b’kollaborazzjoni mal-NGO Friends of Villa Frere qed jistiednu lill-pubbliku biex iżur il-ġonna kurjużi ta’ Villa Frere f’Tal-Pietà. Għalkemm fl-aqwa żmien tiegħu dan il-post…

Attivita'

Il-Ġimgħa 17 ta Mejju, mill-10 ta’ filgħodu sa nofsinhar, fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, il-Fondazzjoni ta’ Malta għall-Ġid tas-Soċjetà, f’kollaborazzjoni maċ-Ċentru Kulturali Ċiniż f’Malta, ser ikunu qegħdin jorganizzaw it-tieni edizzjoni…

Aktar