Attivita'
Palk Ħieles fil-qalba tal-istudenti

Illejla, Inizjamed se torganizza l-erbgħa u għoxrin Palk Ħieles tagħha. U din id-darba se tmur fil-qalba tal-istudenti; fil-post fejn l-istudenti jistudjaw u jiċċajtaw u jaqraw u jiktbu wkoll. Din id-darba l-Palk Ħieles se jsir fil-Junior College, l-Imsida, bi sħab mad-Dipartiment tal-Malti u l-Ingliż.

Bla dubju, il-mistiedna speċjali se jkunu l-istudenti nfushom. Dawk li għadhom jattendu u anke dawk li spiċċaw. Il-letturi mħeġġin jaqraw xogħolhom u l-pubbliku ġenerali wkoll. Dan kollu fl-ispazju l-ġdid iddedikat għall-arti: Venue18. Aqraw, isimgħu, għidu storja, għidu ċajtu, doqqu jew kantaw. Tista’ taqra xi poeżija, storja, tirreċta, tkanta, jew kull ħaġa oħra li inti tħoss hija artistika u li skontok ta’ quddiem in-nies. Kull djalett, kull lingwa, kull stil, huma mhux biss aċċettati imma milqugħa b’idejna t-tnejn. L-ispazju tagħkom!

Ingħaqdu magħna għal din l-attività bla ħlas. Min jiġu jista’ jipparkja fil-Junior College u wara nservu xi ikel u xorb. Narawkom! U bilħaqq … dan il-palk ħieles se jkun ippreżentat minn żagħżugħ student tal-JC. X’inhu ġej, ħej.

 

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Fis-Sala Kappella tal-Mirakli fil-Ġnien tal-Mirakli, Ħal Lija se jsir il-festival taċ-ċitru. Hawnhekk se jkun hemm il-bejgħ tal-frott, ikel lokali u inernazzjonali kif ukoll bejgħ tal-prodotti tal-għasel. Il-festival se jsir fl-20…

Attivita'

Skont il-Kummissjoni Għolja tal-Ġnus Magħquda għar-Refuġjati, illum 13.1 miljun persuna fis-Sirja għandhom bżonn għajnuna umanitarja – dan minħabba 8 snin ta’ gwerra ċivili krudili u persekuzzjoni kontra l-Kristjani li ġarrbu…

Attivita'

Amigos huwa grupp magħmul minn żgħażagħ, li jwettqu xogħol volontarju u jagħmel parti mis-Segretarjat Missjonijiet Agostinjan. Ta’ kull sena jwettqu xogħol missjunarju, ‘il barra minn xtutna. Din is-sena jagħlqu 25…

Attivita'

Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Etienne Spiteri, il-Banda San Ġiljan se ttella’ kunċert mużikali bl-isem Music from Vienna, li jikkonsisti minn repertorju esiġenti u magħruf tal-kompożitur Awstrijakk Johann Strauss Jr, li żgur…

Aktar