Reliġjon
Pellegrinaġġ bil-muturi mill-Imġarr għal Ħad-Dingli fil-festa ta’ Santa Marija

Il-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr qed jistiednu lis-sewwieqa tal-muturi biex nhar l-Erbgħa 15 ta’ Awwissu 2018 jieħdu sehem f’pellegrinaġġ bil-mutur tagħhom mill-Imġarr għal Ħad-Dingli.

L-inizjattiva qed tittieħed minn żewġ parroċċi dedikati lil Marija Assunta fil-jum tal-festa solenni tagħha li jkun ukoll jum ta’ btala pubblika.

Is-sewwieqa tal-muturi huma mistiedna jinġabru fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr fid-9.30 a.m.

Il-pellegrinaġġ jitlaq fl-10.00 a.m. Mal-wasla f’Ħad-Dingli, ħdejn il-Knisja Arċipretali jsir it-tberik tal-muturi u s-sewwieqa li jingħataw tifkira.

Is-sewwieqa jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-quddiesa fil-Knisja ta’ Ħad-Dingli li tibda fil-11.00 a.m.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa tal-Madonna ta’ Fatima f’Tal-Pietà, il-Kummissjoni Festa qiegħda torganizza wirja Marjana fis-sala Yvonne taħt iz-zuntier tal-knisja parrokkjali. F’din il-wirja sejrin ikunu esebiti xi statwi tal-Madonna ta’…

Reliġjon

Il-Fondazzjoni Gwanni Pawlu II b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Partijiet Franġiskani ser tikkommemora l-Isqof Sylvester Carmel Magro li miet f’Jannar ta ‘din is-sena. Mgr Magro kien mir- Rabat Malta iżda l-familja tiegħu oriġinarjament…

Reliġjon

Il-Parroċċa Santa Marija ta’ Ħad-Dingli se torganizza l-festa ta’ Santa Marija Maddalena fil-kappella ddedikata lil din il-qaddisa fuq l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli (ħdejn ir-radar). Il-festa se tiġi ċċelebrata nhar il-Ġimgħa 20…

Reliġjon

Il-Kor mir-Renju Unit “The Rossall School Chapel Choir” se jżur il-Gżejjer Maltin bejn it-2 u t-3 ta’ Lulju 2018, mill-bidu tiegħu fl-1844, l-Iskola ta’ Rossall dejjem kienet kburija fit-tradizzjoni korali…

Aktar