Wirja
Pinzellati – wirja kollettiva ta’ arti

Dan il-grupp ta’ artisti jiltaqgħu kull nhar ta’ Ġimgħa ġewwa Palazzo de la Salle, il-Belt Valletta. L-għan huwa li jpinġu flimkien u fl-istess ħin igawdu il-kumpanija ta’ xulxin. Is-sabiħ ta’ dan il-grupp huwa li jieħdu pariri u opinjonijiet mingħand xulxin u kollha jagħmlu xogħol differenti u uniku billi jużaw żejt, acrylic, inka u pastel.

Interessanti ninnotaw li dawn it-tnax il mara għandhom teknika u użu tal- mediums differenti minn xulxin. Ix-xogħol ivarja skont l-immaġinazzjoni taghhom. Hemm min hu versatili u hemm min hu aktar realistiku. Fil-fatt, din il-wirja m’għandhiex tema, minħabba li kull artista setgħet tħossha libera u jkollha spazju fejn tesprimi l-arti tagħha.

Audrey Vella tħoss li l-emozzjonijiet u l-burdati tesprimhom fl-arti tagħha. Joanne Azzopardi tgħid li meta tpinġi toħroġ il-kreattivita` tagħha. Il-kuluri għal Judith Dingli jffisru enerġija u motivazzjoni speċjalment bl-arti asstratta. L-arti ghall-Maria Cauchi hija lingwa ta’ forom, disinji u kuluri li jagħtu l-ħajja lill-imaġinazzjoni, ħsibijiet u l-idejat taghha. Fabiola Agius Anastasi ukoll tħoss li skond il- burdati tal- mument, toħroġ l-esspressjoni.

Mariuccia Zammit tgħid li bl-arti taħrab daqxejn mir-realta’ ta’ kuljum. Josephine Hili dejjem kienet tħobb tpinġi u wara li kibru t-tfal, setgħet terġa tibda tpinji b`mod aktar attiv. Yvette Carabott tuża mediums differenti, tieħu gost tpitter bil-watercolour, u titgħaxxaq bil-kuluri delikati iżda friski. Elena Toncheva tħobb tuża mediums varjati, tekniċi differenti. Marita Fenech issib li fl-arti hi sserraħ il menti u tintilef fix-xogħol li tkun qiegħda tagħmel. Marika Camilleri tgħid li t-tpinġija hi l-akbar passjoni tagħha. Evelina Albanozzo toħrog il-kreativita’ fl-arti billi tuża kuluri u tekniċi differenti.

Din il-wirja ser tiġi inawgurata mis-sinjura Mariella Pisani Bencini.

Aħbarijiet Oħra
Wirja

Fl-1840, il-fotografija rat lil Malta fit-transizzjoni bejn il-ħakma tal-Kavallieri u l-ħakma Ingliża.  Din kienet fażi important ħafna fl-istorja ta’ pajjiżna.  Il-Kavallieri kienu telqu imma ħafna bini u fortifikazzjonijiet kienu għadhom…

Wirja

The Chamber of Fashion Malta Foundation, will be hosting a fashion show in collaboration with the Malta Tourism Authority, and under the Patronage of the Embassy of Italy. Arte e…

Wirja

Nhar it-Tieta, 12 ta’ Novembru, Heritage Malta qed torganizza avveniment esklussiv mal-kuratur għal dawk li għandhom il-Passaport tal-Kbar ta’ Heritage Malta. Il-parteċipanti se jżuru l-esebizzjoni ‘Culhat al Belt: Sette Giugno…

Aktar