Teatru
Piż Massimu għat-Teatru Malti

Il-ġimgħa li għaddiet tħabbar il-kast stellari ta Raymond “Fight” Beck,
il-produzzjoni li jmiss ta’ Teatru Malta li ġie mwaqqaf m’ilux, flimkien ma’ Spazju Kreattiv, u Andre Mangion permezz tal-appoġġ tal-Fond Malti għall-Arti.

Il-kitba hija tal-awtur emerġenti ta’ Teatru Malta għall-2018, Mangion, kittieb u attur żagħżugħ li wera potenzjal kbir matul il-karriera tiegħu, Raymond “Fight”Beck huwa dramm li jittratta x-xena lokali tal-boxing imma mhux biss.

L-istorja issa qed tinbidel fi produzzjoni rriverenti li se tintwera għall-ewwel darba fit-teatru tal-Kavallier ta’ San Ġakbu nhar is-Sibt 10 ta’ Marzu.
“Iġġiegħlek tidħak, imma tfajjarlek xi daqtejn bil-ponn ukoll. Meta tispiċċa,
l-istorja ta’ Mangion mistennija tħalli l-udjenzi b’nifishom maqtugħ filwaqt li jitolbu għall-aħħar daqqa,” qal Sean Buhagiar, id-direttur artistiku tat-Teatru Nazzjonali li qed jidderiġi l-produzzjoni.

Din il-biċċa xogħol oriġinali fl-aħħar mill-aħħar mhix biss dramm dwar
l-isportività inekwivoka murija bejn iż-żewġ boxers protagonisti miż-Żejtun; hija produzzjoni dwar il-ħajja, u dwar il-provi u t-tribulazzjonijiet li ġġib magħha.

Il-klassiżmu, korruzzjoni u ħafna aktar jiġri bejn kull rawnd ġlied eċċitanti li jseħħ fir-ring.

Mangion jixħet dawl fuq il-passat u l-preżent turbolenti tal-karattri tiegħu,
bir-ring tal-boxing bħala l-post fejn ixerrdu d-demm, l-għaraq u d-dmugħ. “Din l-istorja ilha żmien twil ġejja, iżda kienet val la pena. Trid tintefa’ tagħmel it-training. Training u training sa ma tispiċċa aħjar minn kemm qatt stajt timmaġina. Nispera li l-udjenza se ssir tħobb dan id-dramm bħalma nħobbu jien. Dik tkun ir-rebħa tagħna,” qal Andre Mangion eċitat.

L-attur stabbiliti, John Montanaro jidħol fir-rwol ewlieni ta’ Raymond filwaqt li Davide Tucci ser jisraq aktar qlub bħala Dyson Cumbo, l-antagonist tad-dramm. L-atturi tħarrġu għal xhur sħaħ mal-boxer professjonali Super Steve Martin, b’antiċipazzjoni għall-premier, u tgħallmu ħafna dettalji dwar dan l-isport mill-boxers lokali li jafuhom l-aħjar.

Ma tantx hemm ħin x’taħli, il-biljetti bikrija diġà qed itiru mill-ixkafef tas-swali  tal-boxing u mill-idejn il-bejjiegħa awtorizzati ta’ Teatru Malta. U issa li l-biljetti qed jinbiegħu mill-box office ta’ Spazju Kreattiv.

Il-kast għandu atturi veterani oħrajn bħal Lilian Pace Vassallo, Philip Mizzi,
Peter Galea u t-Triccas li jingħaqad mal-atturi li l-udjenzi kollha jħobbu, Hector Bruno li għandu rwol differenti minn dak li s-soltu mdorrijin naraw. Imbagħad hemm Kim Dalli, Ray Abdilla, u Toni Busuttil li jgħaqqdu l-kast rinomat!

Aktar dettalji u prenotazzjonijiet onlajn fuq www.teatrumalta.org.mt. Il-box
office ta’ Spazju Kreattiv jista’ jiġi kkuntattjat fuq 21223200.

Il-produzzjoni se tittella’ disa’ darbiet bejn l-10 u t-18 ta’ Marzu.

Aħbarijiet Oħra
Teatru

“Id-Driegħ t’Alla” huwa dramm fi tliet atti li l-Kumpanija Teatrali Aniċi se ttella’ fis-Sala Dun Edgar tal-Imġarr, nhar is-Sibt u l-Ħadd 10 u 11 ta’ Novembru 2018. Dan huwa dramm…

Teatru

F’din il-ħarifa, Teatru Malta b’kollaborazzjoni ma’ The Rubberbodies Collective, se jippreżentaw id-debutt ta’ xogħol teatrali dokumentattiv bejn it-12 u t-18 t’Ottubru. NASSABA – Song of a Bird, miktub minn Jimmy…

Teatru

Il-programm huwa bbażat fuq it-tliet temi ewlenin ta’ Spazju Kreattiv – identità, diversità u eredità. Il-mistiedna nġabru fi Spazju Kreattiv nhar is-Sibt filgħaxija fl-okkażjoni tat-tnedija tal-programm eċitanti u divers tal-2018/2019…

Teatru

Kunċett u Marinton kienu tewmin. Stenna ftit, xejn taħseb li għax b’tewmin  kienu jixxiebħu. Meta kienu żgħar kienu wiċċ wieħed, iżda issa, li qabżu s-sittin, Kunċett u Marinton saru qishom…

Aktar