Pjanist nieqes mid-dawl b’kunċert fil-Belt Valletta

Il-komunità Agostinjana tal-Belt se ttella’ kunċert mtella’ mill-pjanist nieqes mid-dawl Anton Belousov.

Dan il-kunċert se jittella’ b’risq ir-restawr tal-Kappella ta’ Santu Wistin. L-ispiża tar-restawr tiswa €9,000.

Wara l-kunċert se jkun hemm ikla fejn wieħed jista’ jiltaqa’ mal-pjanist Anton Belousov.

Anton Belousov għandu 26 sena u huwa magħruf fix-xena mużikali. Huwa twieled b’nuqqas ta’ dawl u beda jdoqq il-pjanu fl-eta ta’ 7 snin. Bħalissa huwa qed idoqq mal-Orkestra Filarmonika ta’ St Petersburg u l-Orkestra Filarmonika Ryazan.

Ir-repertorju li se jindaqq ivarja minn Bach għal Chopin, Tchaikovsky, Sergey Rachmaninoff u Franz Liszt.

Il-kunċert se jittella’ nhar il-5 ta’ Ġunju, fis-6pm fil-Monasteru tal-Agostinjani.

Wieħed jista’ jixtri l-biljetti mill-kunvent tal-Agostinjani fil-Belt Valletta. Il-biljetti għall-ikla jistgħu jinxtraw sad-29 ta’ Mejju.

Aħbarijiet Oħra
Informazzjoni

The significance of wellbeing has been brought into sharp focus by the Covid-19 pandemic prompting the Malta Foundation for the Wellbeing of Society to kickstart a monthly series of webinars…

Mużika

Il-kunċerti tħassru minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19, iżda xi kantanti qed jagħżlu li jibqgħu jferrħu lill-pubbliku bil-mużika mid-dar. Ivan Grech tal-Wintermoods illejla se jkun qed jagħti kunċert minn fuq it-terazzin tad-dar tiegħu…

Attivita'

Għal sena oħra, l-Għaqda tal-Malti qiegħda tikkollabora mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università sabiex torganizza t-taħdita #tunattoga… u mbagħad? F’din it-taħdita se jipparteċipaw seba’ kelliema, ilkoll gradwati tal-Malti jew li segwew xi kors…

Attivita'

Għada f’Sibt il-Għid, fil-Birgu fid-9.00pm ser tinżamm tradizzjoni li ilha għaddejja għal aktar minn 100 sena; dik magħrufa bħala “Il-Begigga.” Din it-tradizzjoni kienet bdiet meta xi ħadd li kellu dak…

Aktar