Attivita'
Pjazza Milied fi Pjazza San Nikola

Għar-raba’ sena konsekuttiva, il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi se jorganizza Pjazza Milied fi Pjazza San Nikola. Din is-sena Pjazza Milied se tinkludi attrazzjoni unika bil-parteċipazzjoni tas-Siġġiewi, fil-proġett Magna Żmien li qed isir b’kollaborazzjoni mal-V18.

L-attività tinkludi vjaġġi kulturali b’xarabank tradizzjonali u bil-booking li jeħtieġ isir minn qabel mal-Kunsill Lokali.

Il-Kunsill Lokali tat-Tfal ħejja wkoll borża ta’ San Nikola għat-tfal li jattendu l-bus tour waqt li qed jieħu sehem f’diversi inizjattivi oħra, fosthom messaġġ
ambjentali li se jwassal mal-karattru tan-Nanna Kola, liema karattru ġie mniedi mill-Kunsill Lokali f’Awwissu li għadda.

Attrazzjoni oħra unika waqt Pjazza Milied 2018 hija l-ftuħ għall-pubbliku tal-Bejt, il-Kampnar u l-Kannierja tal-Knisja Arċipretali tas-Siġġiewi. Din l-attività hija organizzata mill-Parroċċa tas-Siġġiewi u l-ftuħ ta’ dawn il-partijiet tal-Knisja għall-pubbliku huwa bejn 9am u 4pm.

Wara s-suċċess tal-attività It-Tfal fil-Pjazza li saret f’Ottubru li għadda u li wkoll saret b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni V18, il-Kunsill Lokali tat-Tfal fis-Siġġiewi se jorganizza logħob tradizzjonali fil-Pjazza bejn 2.30pm u 3.30pm. Bejn 2pm u 3pm, tfal u kbar huma mistiedna wkoll mmorru lebsin kostum ta’ Santa Klaws u se jingħata rikonoxximent lil persuna bl-isbaħ kostum, li jintgħażel minn ġurija.

Pjazza Milied tinkludi s-sehem ta’ għaqdiet oħra Siġġiwin fosthom is-sehem tal-Banda San Nikola bejn 10.30am u 11.30 u is-Siġġiewi Festival Brass Band bejn 4.30pm u 5.30pm. Għaqdiet oħra Siġġiwin se jorganizzaw ukoll stands tal-ikel waqt li ma jonqosx ukoll d-divertiment fuq l-palk minn kantanti Maltin.

Bejn 4pm u 5pm se jkun hemm sessjoni speċjali bit-tema tal-Milied għal trabi u tfal sa tlett snin. Din isir fil-bini tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, fi Pjazza San Nikola stess waqt li bejn 9am u 11am, jista’ jiġi bbukjat Breakfast with Santa mal-istabbilment Papa’s li wkoll jinsab fi Pjazza San Nikola.

L-attività Pjazza Milied se ssir nhar il-Ħamis 13 ta’ Diċembru bejn 10am u 8pm fi Pjazza San Nikola, fisSiġġiewi.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Fi tmiem il-ġimgħa ser tittella’ attività fil-Buskett (Chateau Buskett) mill-Malta Taxidermy Federation bit-tema “Inħobbu n-Natura u nippreservawha flimkien”. Il-ftuħ uffiċjali ta’ din l-attività, fejn ser ikun hemm wirja tal-ibbalzmar fis-sala…

Attivita'

Fis-Sala Kappella tal-Mirakli fil-Ġnien tal-Mirakli, Ħal Lija se jsir il-festival taċ-ċitru. Hawnhekk se jkun hemm il-bejgħ tal-frott, ikel lokali u inernazzjonali kif ukoll bejgħ tal-prodotti tal-għasel. Il-festival se jsir fl-20…

Attivita'

Skont il-Kummissjoni Għolja tal-Ġnus Magħquda għar-Refuġjati, illum 13.1 miljun persuna fis-Sirja għandhom bżonn għajnuna umanitarja – dan minħabba 8 snin ta’ gwerra ċivili krudili u persekuzzjoni kontra l-Kristjani li ġarrbu…

Attivita'

Amigos huwa grupp magħmul minn żgħażagħ, li jwettqu xogħol volontarju u jagħmel parti mis-Segretarjat Missjonijiet Agostinjan. Ta’ kull sena jwettqu xogħol missjunarju, ‘il barra minn xtutna. Din is-sena jagħlqu 25…

Aktar