Plakek informattivi dwar siti u binjiet storiċi madwar iż-Żejtun

Nhar il-Ħadd, 3 ta’ Frar fl-10am se jiġi nawgurat il-proġett PLAKKASTORJA fiż-Żejtun.

Dan il-proġett jinkludi numru ta’ stands bi plakkek informattivi dwar siti u binjiet storiċi fiż-Żejtun. B’kollox ser ikunu twaħħlu aktar minn 50 stand bil-plakka mifruxa madwar iż-Żejtun kollu. L-informazzjoni fuq kull plakka hija sew bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż u minn fuq kull plakka, permezz tal-QR code u l-użu tal-mobile, wieħed ser ikun jista’ jimraħ għall-aktar informazzjoni storika u dettalji dwar knejjes, bini storiku u djar.  Fl-istess waqt wieħed se jkun jista’ jimxi fi triqat iż-Żejtun u jsegwi minn post għall-ieħor.

Il-proġett PLAKKASTORJA qed isir minn Wirt iż-Żejtun b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Kunsill Lokali taż-Żejtun u ġie parzjalment iffinanzjat (80%) mill-Voluntary Organisations Project Scheme (2018) imħaddma mill-Kunsill Malti għall-Volontarjat fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat.

L-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett ser issir mill-Onor. Dr. Owen Bonniċi, Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, flimkien mal-Onor. Dr Clifton Grima, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat.  Waqt iċ-ċerimonja ser jieħdu sehem il-Fourtune String Quartet u l-attivita’ ser issir fi Triq Sant’ Anġlu, quddiem Villa Curmi.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Nhar it-Tlieta 23 t’April 2019 (mid-9:30am ‘l quddiem) ġewwa l-Librerija Pubblika Ċentrali, il-Furjana, Malta Libraries ser tkun qed tiċċelebra Jum il-Libreriji u l-Jum Dinji tal-Ktieb 2019 b’Open Day għall-familja kollha…

Reliġjon

Il-Wirja Ġrajjiet il-Fidwa, li din is-sena tagħlaq għoxrin sena minn meta bdiet titella’, hija waħda mill-wirjiet stabbiliti. Din qegħda titella’ ġewwa l-bini tal-Kunsill Lokali fi Triq San Ġużepp l-Isla, u…

Attivita'

LIBER LIBRORUM: Texts, Translations & Exegesis hija wirja organizzata minn Malta Libraries fil-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta, il-Belt Valletta. L-għan ta’ din il-wirja hu li turi wħud mill-kopji tal-Bibbja misjuba fil-kollezzjoni…

Reliġjon

Dramm li qed jitella’ fi żminiejiet tal-Ġimgħa Mqaddsa mis-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Mairja fi ħdan is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba u li kull sena ikollu fiħ xi…

Aktar