Informazzjoni
Poeżija mill-ħamrija

Ir-rabtiet kulturali bejn Leeuwarden u Malta jmorru lura għall-1850. Ilna minn dan iż-żmien jiskambjaw iż-żerriegħa u l-patata. Meta ż-żerriegħa tasal minn Leeuwarden, il-bdiewa Maltin jiżirgħuha u jkabbru l-patata, li mbagħad tmur lura Leeuwarden. Il-proġett “Poetry in Potato Bags” jagħmel użu minn dan iċ- ċiklu billi jiskambja l-poeżija maż-żerriegħa u l-patata, filwaqt li jiċċelebra it-titlu ta’ Belt Kulturali Ewropea fl-2018.

Nhar it-18 ta’ Mejju fit-8pm ġewwa ċ-Ċentru Pastorali tal-Qrendi se nkunu qed naqraw xogħlijiet dwar il-patata, il-ħamrija u l-art. Diversi poeti li kitbu għall-proġett se jkunu qed jaqraw ix-xogħlijiet tagħhom ukoll, fosthom Emmanuel Attard-Cassar, Adrian Grima, Simone Inguanez, Dorianne Bonello, Kit Azzopardi, Therese Pace, Clifton Azzopardi, u Priscilla Cassar. Għal din is-serata qed nistiednu l-pubbliku ġenerali biex mhux biss jiġi u jisma’ iżda wkoll jipparteċipa billi jaqra xi xogħlijiet minn tiegħu marbutin mas-suġġett. Il-qari jista’ jvarja minn poeżija għal proża għal anedotti u anke biċċiet kantati jew irreċtati.

Froukje De Jong, il-moħħ wara l-proġett, minn Leeuwarden se tkun magħna għal din is-serata speċjali wkoll. Id-dħul u l-parteċipazzjoni huma bla ħlas. Wara jkun hemm xi ikel u xorb.

Ħajr lil Best Print u Tal-Kultura għall-għajnuna tagħhom. Din is-serata qed tittella’ mill-Fondazzjoni Valletta 2018 u Inizjamed bl-appoġġ tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi. Għal iktar tagħrif ibagħtu fuq [email protected]. L-attività fuq Facebook tinsab hawnhekk: www.facebook.com/events/1360639484064394

Aħbarijiet Oħra
Informazzjoni

Nhar il-Ħadd, 28 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi attivitajiet varji li qed jiġu organizzati fis-sit arkeoloġiku ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Bosta mill-attivitajiet se jiffukaw fuq il-produzzjoni,…

Informazzjoni

The 36th General Assembly of the European Seismological Commission will take place at the Mediterranean Conference Centre, Valletta between the 2nd and 7th September 2018. This prestigious conference is being…

Informazzjoni

L-għaqda volontarja Żejtun Organisation to Empower You (ŻOEY) bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun u l-Fondazzjoni Valletta18 se tkun qed torganizza avventura nazzjonali bla ħlas, The Żejtun National Heritage Treasure Hunt nhar il-Ġimgħa, 10 ta’ Awwissu,…

Informazzjoni

L-arblu navali fil-Forti Sant’Anġlu tniżżel minn Heritage Malta bil-kollaborazzjoni tal-Ordni Sovran u Militari ta’ Malta (SMOM). L-operazzjoni biex instab l-aħjar metodu kif kellu jitniżżel dan l-arblu ilha għaddejja x-xhur u…

Aktar