Wirja
Presepju kreattiv esebit fis-sede tas-Soċjetà Filarmonika Lourdes fil-Qrendi

Dan iż-żmien tal-Milied, aktar minn żmien ieħor fost is-sena, ifakkar lil bosta fit-tradizzjonijiet ta’ tfulitna.  Fost l-oħrajn il-purċissjoni bil-bambin, il-ġulbiena, u l-presepji differenti bil-ġebel tal-gagazza jew bil-kartapesta.

Dawn it-tradizzjonijiet tilfu xi ftit mill-importanza, għadhom ħajjin sew f’ħajjet ħaddieħor.  Fost dawn hemm Catherine D’Amato, mara mill-Qrendi, li x-xogħol kreattiv bl-idejn huwa għal qalbha ħafna.  Kull sena tagħmel presepju, liema xogħol artistiku mis-sena li għaddiet beda jkun esebit fis-sede tas-Soċjetà Filarmonika Lourdes fil-Qrendi.

Din is-sena, fl-esebizzjoni fil-Qrendi, wieħed isib it-tħabbira tal-anġlu lil Marija, imbagħad hemm iż-żjara tal-Madonna lil Santa Eliżabetta, l-anġlu jidher lit-tliet rgħajja u ovvjament in-natività li tinkludi lil San Ġużepp, il-Madonna u Ġesù Bambin.  Magħhom hemm ukoll il-preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-tempju u l-miġja tal-maġi.  B’din tal-aħħar turi lil Ġesù meta kien aktar imfarfar, żjara li mhux normalment narawha fil-Presepju.

Il-Presepju huwa wieħed differenti għaliex jidħol fid-djar tal-familji li għexu f’dik l-epoka u juri dettall dwar dak li kien jiġri f’dak iż-żmien.  Ma tarax biss għerien, kif naraw f’ħafna presepji imma dan huwa presepju b’differenza li sar b’ħafna studju u riċerka.

Il-Presepju ta’ Catherine D’Amato qed ikun esebit fis-Sede ta’ Soċjetà Filarmonika Lourdes fil-Qrendi u jibqa’ miftuħ sas-6 ta’ Jannar 2019.

 

Aħbarijiet Oħra
Wirja

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum Ħal Safi, fi tmiem dil-ġimgħa, Heritage Malta qed tippreżenta l-esebizzjoni ‘Core and Periphery: Mdina and Safi in the 9th and 10th centuries’ fil-bini tal-Kunsill Lokali…

Wirja

Maħsub biex iservi bħala sors ta’ ispirazzjoni fix-xena tal-arti lokali, il-mużew il-ġdid tal-arti ta’ Heritage Malta, MUŻA, qed jistieden lill-pubbliku għall-ewwel laqgħa mal-Arti Moderna u Kontemporanja permezz ta’ taħdita li…

Wirja

Bħala parti mill-introduzzjoni għat-tibdil fis-sistema’ edukattiva li se tibda f’Settembru 2019, il-Mede qed ittella’ diversi wirjiet bit-titlu ta’ L-Alternattiv mhux Inferjuri. F’ Settembru 2019 se naraw l-introduzzjoni tal-My Journey fejn…

Wirja

Nhar il-Ħadd, 23 ta’ Diċembru, il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta, se jkun miftuħ għall-pubbliku bla ħlas. L-esebiti ġewwa dan il-mużew ikopru żmien twil li jibda mill-Perjodu Neolitiku (5,200 QK) u…

Aktar