Sports
Tista’ ssewgi r-Regatta mill-Forti Sant Anglu wkoll

Nhar il-Ħadd, 31 ta’  Marzu, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għall-ġurnata ta’ attivitajiet fil-Forti Sant’Anġlu, il-Birgu. Il-viżitaturi jistgħu jgawdu minn prezz imraħħas biex iżuru l-forti u biex jaraw l-esebizzjoni l-ġdida ‘Behind Closed Doors’, filwaqt li jieħdu l-opportunità li jsegwu r-Regatta mill-iktar post strateġiku fil-Port il-Kbir. Se jkun hemm ukoll żjarat speċjali fil-parti ta’ fuq ta’ Forti Sant’Anġlu.

Maħsub biex ikun invinċibbli, Forti Sant’Anġlu nbena fuq għolja fit-tarf tal-peniżola tal-Birgu, sabiex jiddomina l-Port il-Kbir. Illum, dan il-bini militari storiku joffri veduti panoramiċi mill-isbaħ tal-Port il-Kbir u tal-inħawi tal-madwar.

Il-post huwa ideali biex wieħed isegwi r-Regatta; avveniment tradizzjonali tal-qdief li ilu jsir miż-Żminijiet Medjevali. Dgħajjes tradizzjonali Maltin, bħal ‘frejgatini’, ‘kajjikki’, ‘dgħajjes tal-pass’ u ‘tal-midalji’ jipparteċipaw f’dan l-avveniment.

Bħalissa, żjara f’Sant’Anġlu sservi wkoll biex wieħed jara l-esebizzjoni l-ġdida ta’ Heritage Malta ‘Behind Closed Doors’. Din l-esebizzjoni, li se tibqa’ miftuħa sat-8 ta’ Settembru 2019, hija mogħnija bi stejjer interessanti dwar dak li kien jiġri f’din il-forti waqt l-okkupazzjoni tagħha mill-Flotta Rjali bejn l-1906 u l-1979. Nhar il-Ħadd, id-dħul għal Forti Sant’Anġlu, ir-Regatta u l-esebizzjoni se jkun ta’ €2 biss. Il-membri ta’ Heritage Malta jidħlu bla ħlas.

Għal din l-okkażjoni, se tkun miftuħa wkoll il-parti ta’ fuq tal-Forti ta’ Sant’Anġlu li hija amministrata mill-Ordni Militari Sovran ta’ Malta. Iż-żjarat se jkunu fil-11.00am, f’nofsinhar u fis-1.00pm. Biljetti: €5 għall-adulti, €3 għall-anzjani u l-istudenti, u €1.50 għat-tfal.

Ħinijiet tal-ftuħ: mid-09.00am sas-6.00pm (l-aħħar dħul fil-5.30pm).

Aħbarijiet Oħra
Sports

Il-grupp ta’ volontarji Maltin, magħrufa aħjar bħala Amigos, tilgħin erba’ ġimgħat ġewwa l-Kenja biex jagħtu l-għajnuna kemm materjali u anke dik manwali lil min hu fil-bżonn. Kollox b’ħidma volontarja. Il-grupp…

Sports

WWE UK Star Flash Morgan Webster se jkun f’Malta għall-avveniment imtella’ minn Pro Wrestling Malta Hell-oween. Dan huwa t-tielet avveniment għal Pro Wrestling Malta għal din li sena. F’Hell-oween wieħed…

Sports

Puttinu qed jistieden lil dawk interessati jipparteċipaw għall-maratona ta’ futbol fil-Marsa Sports Grounds mit-18 sal-20 ta’ Mejju. Din il-maratona tista’ sservi ta’ ħarga għall-familja li tiġbor kollox u fiha attivitajiet…

Sports

Il-Kunsill Lokali tal-Fgura, b’kollaborazzjoni ma’ Transport Malta, ser jorganizzaw Car Free Day nhar il-Ħamis 21 ta’ Settembru, 2017 mit-8:00am sa 12:00pm fi Triq Hompesch il-Fgura. F’din l-attività ser jiġu organizzati…

Aktar