Pro Wrestling Malta b’Vendetta

Pro Wrestling Malta – l-iskola tar-wrestling professjonali f’Malta, se ttella’ x-xow Vendetta.

Ix-xow se jittella’ nhar is-Sibt li ġej (9 ta’ Marzu) fil-Palace Theatre, Raħal Ġdid.

F’Vendetta wieħed jista’ jara kemm talent lokali kif ukoll internazzjonali fosthom l-eks NXT/Impact Tom La Ruffa minn Franza u l-AJPW Gianni Valletta minn Malta.

Fl-aħħar xhur Gianni Valletta għamel isem kemm għalih kif ukoll għal Malta meta qatta’ diversi xhur fil-Ġappun bħala wrestler mal-AJPW.

Flimkien ma’ Tom La Ruffa u Gianni Valletta, f’Vendetta se jieħdu sehem ukoll l-atleta ta’ NWA Karim Brigante u Red Scorpion mill-Italja. Ma’ dawn se jkun hemm ukoll talent lokali fosthom Jack Quinn u Glamorous Roddy, li wkoll qed jagħmlu isem lil hinn minn xtutna meta s-sena l-oħra saru l-British Empire Wrestling tag team champions. Magħhom se jkun hemm aktar atleti jipparteċipaw.

Pro Wrestling Malta twaqqfet minn Wayne Pace jew kif inhu magħruf Gianni Valletta. Wieħed mill-għanijiet tal-grupp huwa li jħarreġ lil dawk interessati fir-wrestling professjonali. Ma’ dan il-grupp itella’ wkoll 3 xows fis-sena, fejn anke jistieden wrestlers barranin.

Wieħed jista’ jixtri l-biljetti minn hawn jew billi jċempel fuq 9927 3656.

Ara wkoll:

Iħalli Malta biex jitħarreġ fil-wrestling u jipparteċipa f’kompetizzjonijiet madwar id-dinja

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti qed ittella’ esebizzjoni tal-mużajk Of Land and Sea minn Raymond Aquilina u Flavia Marmara. Raymond Aquilina u Flavia Marmarà huma żewġ kollegi u artisti appasjonati fl-arti tal-mużajk….

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti se ttella’ attività mal-awtriċi Margaret Agius. Din l-attività se ssir bħala parti mis-sensiela Niltaqgħu mal-Awtur. Margaret Agius hija attriċi, xandara u poetessa. Permezz ta’ video maħdum għall-okkażjoni, l-Awtriċi se tagħti…

Attivita'

Għada, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex jattendi għal laqgħa kommemorattiva f’isem l-iskultur Frans Galea, fil-mużew nazzjonali tal-arti MUŻA. F’dan l-avveniment se jattendu familjari u ħbieb ta’ Galea biex jaqsmu…

Teatru

Bejn is-17 u d-19 ta’ Mejju fit-Teatru ta’ Spazju Kreattiv tal-Belt Valletta, qed jittella’ addattament pop tar-rumanzett ta’ Francis Ebejer “Il-Ħarsa ta’ Rużann”. Il-kitba għall-palk u d-direzzjoni huma ta’ Jamie…

Aktar