Mużika
“Vjaġġ mużikali” tal-Banda San Gejtanu fl-okkażjoni tal-113–il sena mit-twaqqif

Nhar it-Tnejn 24 ta’ Ġunju fit-8pm, il-Banda San Gejtanu, taħt id-direzzjoni tas-Surmast direttur tagħha, Mro. Jonathan Borg FLCM, se tkun qed tesegwixxi Programm Mużikali fil-bitħa tal-Każin San Gejtanu, propju fil-ġurnata tat-twaqqif tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu, 113 –il sena ilu.

‘Vjaġġ Mużikali’, l-isem tal-Programm Mużikali għal din is-sena se jkun qed jeħodna f’diversi pajjiżi billi jindaqqu bċejjeċ mużikali minn madwar id-dinja kollha, bħal siltiet ta’ Franz Von Suppe, Vittorio Monti u Jacob de Haan. Ma jistax jonqos li se jindaqqu wkoll bċejjeċ ta’ kompożituri Maltin, partikolarment tal-eks-Surmas Direttur tal-Għaqda, Mro. Joseph Abela Scolaro li din is-sena jagħlaq 40 sena li ħalla din id-dinja.

F’din is-serata se jkunu qed jagħtu sehemhom il-Banda San Gejtanu, il-Bandist Henry Fenech bħala solista fuq il-klarinett, flimkien mal-kantanti Olivia Lewis u Georg Zammit.

L-24 ta’ Ġunju hija ġurnata speċjali għall-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu, meta kien propju f’dik il-ġurnata, jum il-festa ta’ San Ġwann Battista li l-Għaqda twieldet fl-1906, 113 –il sena ilu.

Id-dħul għall-programm huwa mingħajr ħlas.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Nhar it-Tlieta, 10 ta’ Settembru, is-St Paul Chamber Ensemble se tkun qed tagħti bidu għalll-istaġun mużikali b’kunċert organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija b’kollaborazzjoni mal-Medina Foundation for Music. Għal darb’oħra…

Mużika

Il-Big Friends Guggen Musik Band bejn is-26 ta’ Awwissu u l-1 ta’ Settembru ser tkun Leni fi Sqallija, fejn ser tesegwixxi mużika Maltija u għal darb’ oħra tkun ta’ ambaxxatriċi…

Mużika

L-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina A.D.1947 tal-Mellieħa se tkun qiegħda żżomm l-appuntament tagħha billi ttella’ l-kunċert annwali fl-okkażjoni tal-festa ta’ Marija Bambina nhar il-Ħadd 1 ta’ Settembru fit-20.15 fil-pjazza…

Mużika

Ftit qabel il-festa ta’ Santa Marija, grupp ta’ żgħażagħ minn Ħad-Dingli bl-isem “Żgħażagħ Brijużi Dinglin” nedew cd ġdid, taħt id-direzzjoni ta’ Mike Spiteri. Il-ħidma fuq dan il-proġett mużikali bdiet lejn…

Aktar