Attivitajiet Kulturali
Programm tal-Karnival 2018

Il-Ħamis 8 ta’ Frar

Ċerimonja tal-ftuħ tal-karnival f’Pjazza San Ġorġ fis-18.00 – 19.40pm.

Jingħata bidu għaċ-Ċerimonja tal-ftuħ tal-Karnival fi Pjazza San Ġorġ bil-Parata Tradizzjonali tal-Karnival, żfin kompetittiv u parata ta’ kostumi.

Il-biljetti jiswew €5.

Il-Ġimgħa 9 ta’ Frar 2018

Mis-18.00 sad- 20.45pm dejjem f’Pjazza San Ġorġ.

Programm fi Pjazza San Ġorġ bi żfin kompetittiv minn Kumpaniji Sezzjoni A u B u sfilata żgħira bil-parteċipazzjoni tar-Re tal-Karnival, maskeruni, karrijiet satiriċi u Karrijiet Kumpaniji A.

Il-biljetti jiswew €5.

Is-Sibt l-10 ta’ Frar

F’Pjazza San Ġorġ sa Triq ir-Repubblika mid-09.30 sal-11.30am.

Il-Karnival tat-Tfal fi Pjazza San Ġorġ bil-parteċipazzjoni ta’ żfin minn skejjel privati taż-żfin, Kumpaniji Ċ u sfilata żgħira bil-parteċipazzjoni tar-Re tal-Karnival, maskeruni iżolati u karrijiet satiriċi L-attività tispiċċa għall-ħabta tal-11.30am fi Pjazza San Ġorġ. Titkompla sfilata tul Triq ir-Repubblika.

Il-biljetti jiswew €5.

F’Pjazza San Ġwann fil-17:00, 18:00 u 19:00 dħul b’xejn għaIl-Qarċilla bi produzzjoni teatrali mtellgħa minn Teatru Malta. ‘L-Għarusa Karfusa’ hija t-tipika ħrafa klassika ta’ mħabba pprojbita, però bejn frotta u ħaxixa.

Fil-17:00 ‘il quddiem dejjem fi Pjazza San Ġorġ

Programm fi Pjazza San Ġorġ bil-parteċipazzjoni tal-kumpaniji taż-żfin sezzjonijiet A, B u D, Karrijiet Trijonfali A, B u Ċ. L-attività tispiċċa wara d- 9pm. Titkompla sfilata tul Triq ir-Repubblika.

Il-biljetti jiswew €10.

F’Pjazza Tritoni mit-20.00 ‘il quddiem

Ballu Tritoni 18 se jseħħ madwar il-Funtana tat-Tritoni qabel id-daħla tal-Belt Valletta. Il-kumpaniji tal-Karnival kollha kif ukoll il-pubbliku ġenerali hu mistieden jieħu sehem. Il-ballu li se jibqa’ għaddej sa tard billejl se jkollu l-parteċipazzjoni ta’ DJs lokali kif ukoll spettaklu mill-Big Band Brothers.

Id-dħul huwa b’xejn.

Il-Ħadd 11 ta’ Frar 2018

Fl-10:00am f’Triq il-kbira San Ġużepp, Ħamrun.
Festa Baned hi parata li qed issir għar-raba’ darba fil-Ħamrun orginazzata mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun bil-kollaborazzjoni ta’ Festivals Malta. Fiha jieħdu sehem il-baned Ħamruniżi, il-baned li jkunu qegħdin jipparteċipaw fil-Karnival, il-Karru tar-Re tal-Karnival, karrijiet satiriċi u oħra maħduma apposta kif ukoll parteċipanti oħra tal-Karnival, fosthom iż-żeffiena.

Id-dħul huwa b’xejn.

Fit-toroq Prinċipali tal-Belt Valletta fl-12:30

Sfilata bil-karrijiet u l-gruppi tal-karnival li tgħaddi minn Pjazza Kastilja. Imbagħad tibqa’ sejra lejn il-Fosos tal-Furjana, Triq l-Assedju l-Kbir fil-Furjana għal Triq Ġlormu Cassar, u lura lejn Kastilja. Imbagħad tgħaddi minn Triq il-Merkanti, Triq ir-Repubblika għal Misraħ il-Ħelsien għall-Pjazza Tritoni u tibqa’ sejra lejn Triq Sarria u Triq San Publiju fil-Furjana.

Dħul huwa b’xejn.

F’Pjazza San Ġorġ fis-14:00 sat-20:00
Programm fi Pjazza San Ġorġ bil-parteċipazzjoni tal-Kumpaniji sezzjoni Ċ u sfilata bil-parteċipazzjoni tar-Re tal-Karnival, maskeruni, Kumpaniji D, karrijiet satiriċi, Karrijiet Trijonfali A,B, Ċ u Karrijiet Kumpaniji A.

Il-biljetti jiswew €12.

It-Tnejn 12 ta’ Frar

F’Pjazza San Ġorġ mill-10.00  sas-13.00.

Fl-10 ta’ filgħodu parata u programm  ta’ żfin fi Pjazza San Ġorġ minn diversi skejjel u gruppi taż-żfin inklużi dawk minn Għawdex u min Kumpaniji Ċ Jibdew  min Pjazza San Ġorġ b’defilé ma diversi toroq.

Id-dħul huwa b’xejn.

F’Pjazza Kastilja, Triq il-Merkanti, Pjazza San Ġorġ u Triq ir-Repubblika mit-15.30 sad-21.00

Programm ieħor jibda minn ħdejn Kastilja bil-parteċipazzjoni tal-Kumpaniji A, B u D u sfilata mmexxija mir-Re tal-Karnival, Maskeruni, Karrijiet Satiriċi, Karrijiet Trijonfali A, B u Ċ u Karrijiet Kumpaniji A. Titkompla sfilata tul Triq ir-Repubblika.

Il-biljetti jiswew €7.

It-Tlieta 13 ta’ Frar

F’Pjazza Teatru Rjal mid-09.30 sas-14.00
Tibda parata minn diversi skejjel u gruppi taż-żfin minn Pjazza San Ġorġ sa Pjazza Teatru Rjal, fejn jittella’ programm varjat fuq il-palk bil-parteċipazzjoni ta’ Zhejiang Wu Opera Troupe miċ-Ċina.

Id-dħul huwa b’xejn.

Il-Gran Finale se jsir it-Tlieta 13 ta’ Frar fil-Pjazza Teatru Rjal il-Furjana fis-18.00 sal-23.00.

Gran Finale: sfilata finali bir-Re tal-Karnival, karrijiet u kumpaniji madwar il-Furjana li tispiċċa fi Triq Sant’Anna l-Furjana. Tieħu sehem ukoll iz-Zhejiang Wu Opera Troupe miċ-Ċina.

Id-dħul huwa b’xejn.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Heritage Malta qed toffri opportunità mhux tas-soltu lill-pubbliku li jesplora l-fortifikazzjonijiet li jdawwru l-Port il-Kbir u l-madwar minn fuq il-baħar. Din l-attività, li se ssir nhar il-Ħadd 22 ta’ Lulju,…

Attivitajiet Kulturali

Malta Calls, party uniku organizzat minn Valletta 2018 u ŻfinMalta, se jsir nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Lulju mit-8pm ‘il quddiem fil-Grounds tal-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ ta’ Santa Klara (ex Sir Adrian…

Attivitajiet Kulturali

L-aħħar serata qabel waqfa tul is-Sajf mis-sensiela mużiko-letterarja, ‘Iljieli fit-Teatru’, se tkun qegħda ssir nhar it-Tnejn 4 ta’ Ġunju, 2018, fil-Green Room ta’ Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta. Tul din…

Attivitajiet Kulturali

Heritage Malta se torganizza attività dwar misteri u stejjer sopranaturali marbuta mal-Forti Sant’Anġlu.  Minbarra li huwa ġawhra fl-istorja kulturali ta’ Malta, dan il-forti għandu ħafna misteri u leġġendi marbuta mal-istorja…

Aktar