Kultura
Programm vokali u mużikali tal-Milied f’Tas-Sliema

Is-Soċjetà Filarmonika ‘Sliema’ flimkien mal-Patrijiet Franġiskani, u l-Kummissjoni Festi Santwarju Madonna tas-Sacro Cuor u bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema, se ttella’ l-Programm Vokali u Mużikali tal-Milied nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Diċembru fis-7 ta’ filgħaxija fis-Santwarju Marjan Madonna tas-Sacro Cuor f’Tas-Sliema.

Il-Programm se jkun imtella mill-Banda Ċittadina ‘Sliema’ li se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Lesley Tabone.

Flimkien mal-Banda ‘Sliema’ se jieħdu sehem il-Kor Vokali ‘EnKor’ kif ukoll il-kantanta Shaznay Mangion. Dawn se jdoqqu siltiet popolari, flimkien ma’ siltiet a capella.

Id-dħul huwa b’xejn.

 

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Is-Sibt 16 ta’ Novembru, is-Soċjetà Filarmonika Leone se tippreżenta l-Kunċert Annwali tal-Banda Ċittadina Leone, ‘Encore! – The Leone Band in Concert’. Dan il-kunċert, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Colin Attard, se…

Kultura

Nhar il-Ħadd, 3 ta’ Novembru, Heritage Malta qiegħda tistieden lill-pubbliku biex iżur il-Katakombi ta’ San Pawl u ta’ Santu Wistin li jinsabu r-Rabat, waqt Open Day fejn id-dħul se jkun…

Kultura

Nhar it-Tnejn, 4 ta’ Novembru, dawk l-istudenti kollha li akkwistaw il-viża tagħhom bil-Passaport ta’ Heritage Malta huma mistiedna għall-avveniment esklussiv li se jsir fis-sit ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Din…

Kultura

L-Għaqda Żgħażagħ Dumnikani l-Birgu, ħabbret li mill-festa ta’ din is-sena 2019 ‘il quddiem, bħala kampanja favur l-ambjent, mhux ħa jintużaw bżieżaq (single use plastic) bħala parti mill-briju waqt il-marċijiet. Minflok…

Aktar