Attivita'
Publju, twelid ta’ Parroċċa – serata fil-knisja fl-okkażjoni tal-175 anniversarju tal-Parroċċa

Fl-okkażjoni tal-175 sena minn meta l-Furjana saret Parroċċa kif ukoll il-100 sena mit-twelid tal-artist il-Prof. Emvin Cremona il-parroċċa San Publju b’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta ser jorganizzaw akkademja mużiko-letterarja biex ifakkru dawn l-anniversarji importanti.

Kien fl-1844 meta l-parroċċa tal-Furjana inqagħtet minn ma’ dik ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta u saret parroċċa għaliha. Din is-sena wkoll qed jitfakkar għeluq il-100 sena mit-twelid tal-Prof. Emvin Cremona, artist Malti ta’ importanza li pitter is-saqaf tal-knisja ta’ San Publju fil-Furjana.

Is-serata ta’ madwar siegħa u kwart ser tkun waħda varjata ħafna b’parteċipazzjoni ta’ persuni distinti fosthom l-organista Dr. Hugo Agius Muscat, Prof. Oliver Friggieri, l-awtur Paul Ellul, Pearl Haber, l-istoriku tal-arti Dr Christian Attard flimkien ma’ Anna Cremona, bint l-artist Emvin Cremona fost oħrajn.  Ser jintwera wkoll filmat qasir dwar l-istorja ta-Parroċċa.

Is-serata ser issir nhar is-Sibt 27 ta’ April fis-7.30pm fil-knisja ta’ San Publju il-Furjana.  Din is-serata ser tkun qed timmarka wkoll il-ftuħ tal-festa ta’ San Publju 2019. Kulħadd mistieden.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Bħal-lum ġimgħa, il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju 2019, l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali se tkun qed tesegwixxi Programm Mużikali bl-isem ta’ ‘Swing Summer Night’ fil-Każin San Gejtanu fit-8pm. Id-dħul għal dan il-Programm Mużikali…

Attivita'

Fis-26 ta’ Lulju, fiċ-Ċittadella, il-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, se jikkommemora l-Assedju ta’ Għawdex 1551  bi dramm. Id-dramm imqassar tal-Isqof Ġużeppi Cauchi ”Jasar u Fidwa”…

Attivita'

Il-Parroċċa tal-Balluta qiegħda tfakkar u tiċċelebra l-160 sena mill-wasla tal-Istatwa Devota u Artistika tal-Madonna tal-Karmnu. Bħala parti minn dawn l-attivitajiet, il-Komunità Karmelitana qiegħda torganizza Pellegrinaġġ nhar il-Gimgha 19 ta’ Lulju…

Aktar