Attivita'
Qatt doqt laħam tal-kukkudrill?

Qatt kilt laħam tal-kukkudrill?  Tixtieq tippruvah?  Issa huwa ċ-ċans li dduq kebabs tal-kukkudrill waqt l-edizzjoni li jmiss tal-Festival Internazzjonali Malti tal-Ikel fl-Imdina.

L-aroma tal-kċina Amerikana, Ġermaniża, Taljana, Spanjola, Orjentali, Tajlandiża, Indjana, Griega, Belġjana, Ingliża, Lebaniża u ovjament dik Maltija ser tkun qieghdha tinvadi d-dawra tal-Belt siekta nhar il-Ħamis, 19, il-Ġimgha 20, is-Sibt 21 u l-Ħadd 22 ta’ Lulju mis-6pm ‘l D

Dan il-Festival huwa ċelebrazzjoni kulinari tal-aqwa kċejjen minn madwar id-dinja – opportunità sabiex wieħed jaqsam il-passjoni tiegħu għall-ikel filwaqt li jduq l-ifjen platti minn għadd ta’ pajjiżi minn madwar id-Dinja.

Minn sena għal oħra dan l-avveniment qiegħed jiġbed interess kbir kemm mill-Maltin u minn għadd ta’ turisti li jżuru l-Imdina għal dan l-avveniment. Din is-sena aktar minn 60 parteċipant ser ikunu qiegħdin jesebixxu, jsajru u jippromwovu ikel differenti f’atmosfera unika. Dan mistenni jkun l-akbar festival tal-ikel f’Malta ta’ kull żmien.

It-tjubija, d-dettal u l-versatilita’ ta’ ‘l fuq minn 100 platt differenti ser ikunu akkumpanjati bl-ifjen deżerti Siċiljani, tradizzjonali Maltin u oħrajn li jinżlu għasel matul dawn il-ġranet sħan tas-sajf.  Ikel għal vegani, veġitarjani u ikel mingħajr glutina ser ikun ukoll offrut minn numru ta’ stands.

Il-Foss tal-Imdina ser ikun imżejjen u armat apposta sabiex ikompli jissebbaħ għal dan il-festival.  L-aqwa artisti lokali ser ikunu qiegħdin joffru divertiment matul kull lejl.

Ser ikun hemm ukoll żona speċjali fejn fiha ser ikun hemm numru ta’ inizjattivi interessanti organizzati minn Heritage Malta, bl-għan li jippromwovu l-gastronomija Maltija f’kuntest storiku. Artiġjani Maltin ser ikunu qiegħdin jesebixxu l-prodotti tagħhom filwaqt li artisti lokali ser ikunu qiegħdin ipittru dak il-ħin ix-xenarju spettakolari tal-Imdina.

Ser tintrama ukoll żona speċjali għat-tfal b’ikel addattat għat-tfal u il-familji. F’din iż-żona ser ikun hemm ukoll numru ta’ bouncy castles, face painting u logħob interessanti ieħor.

Numru ta’ importaturi u produtturi tal-ikel ser ikunu qiegħdin jgħamlu bosta offerti vantaġjużi filwaqt li ser ikunu qiegħdin idewqu l-ikel b’xejn. Il-Ħamis 19 ta’ Lulju ser ikunu qiegħdin jittelgħu għadd kbir ta’ rigali ta’ kull siegħa għal kul min ser ikun qiegħed jattendi.

Id-dħul għal din l-attività ser ikun b’xejn. Dawk li jixtiequ jduqu jew jieklu wieħed mill-platti preparati jistgħu jixtru l-biljetti minn numru ta’ stands li ser ikunu armati. Ser ikun hemm ukoll varjazzjoni ta’ xorb u inbid bi prezzijiet raġonevoli.

Servizz ta’ Park & Ride ser jigi offrut minn Triq l-Infetti r-Rabat matul l-erbgħat ijiem.  Aktar informazzjoni fuq www.maltainternationalfoodfestival.com.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Is-Soċjeta Filarmonika “Sliema” se ttella’ Programm Vokali u Mużikali Speċjali biex tiċċelebra l-100 sena Parroċċa. Dan il-Programm Speċjali ser jittella’ nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Settembru fis-7.30 pm fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna…

Attivita'

Nhar is-Sibt, 22 ta’ Settembru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għal dawra mal-Port il-Kbir, segwita bi żjara informattiva fil-Forti Sant’Anġlu. Bil-veduti spettakolari tal-fortifikazzjonijiet maestużi u l-arkitettura Barokka li jinsabu madwaru,…

Attivita'

Hemm ħafna modi kif bniedem jista jgħin, iferraħ jew isalva ħajja ta’ bniedem ieħor. Borża demm waħda nistgħu nagħmlu d-differenza kbira fil-ħajja ta’ dawk li jistgħu jiġu bżonn . Nhar…

Aktar