Attivita'
Quddiesa bis-sehem tas-sezzjoni żgħażagħ Madonna tal-Ġilju – Mqabba

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-25 sena anniversarju mit-twaqqif tal-ewwel Sezzjoni Żgħażagħ fl-Imqabba, is-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju ser tieħu sehem waqt il-Quddies tal-10:00am, nhar il-Ħadd 15 ta’ Lulju 2018.

Din il-Quddies ser isservi bħala ringrazzjament lil Alla u lil Marija tal-għajnuna kollha tagħhom tul dan il-kwart ta’ seklu ta’ ħidma kontinwa miż-żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà.

Kulħadd huwa mistieden jattendi u aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, www.talgilju.com.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ se jtella’ Villaġġ tal-Milied fi Pjazza San Filep u Triq Sciortino Ħaż-Żebbuġ. L-attività, li qed tittella’ bil-kolloborazzjoni mal-Kadini tal-Banda u bl-attendenza tal-Iscouts, se ssir nhar l-Erbgħa li…

Attivita'

Nhar it-Tnejn 17 ta’ Diċembru fil-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar ser jittella’ l-kunċert annwali għal żmien il-Milied mill-Kor Jubilate Deo. Din is-sena, il-kunċert għandu sinifikat akbar minħabba l-fatt li matulu ser ikun…

Attivita'

Għal darb’ oħra l-kunċert annwali tal-kor The New Choral Singers se jittella’ fuq żewġ serati: nhar it-Tlieta 18 ta’ Diċembru, fil-Pro Katidral Anglikan ta’ San Pawl ġewwa l-Belt Valletta, u…

Attivita'

Għar-raba’ sena konsekuttiva, il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi se jorganizza Pjazza Milied fi Pjazza San Nikola. Din is-sena Pjazza Milied se tinkludi attrazzjoni unika bil-parteċipazzjoni tas-Siġġiewi, fil-proġett Magna Żmien li qed isir…

Aktar