Reliġjon
Quddiesa mill-Arċisqof u pellegrinaġġ mat-toroq tal-Belt għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu

Il-festa tal-Madonna tal-Karmnu tinsab wara l-bieb. Liema festa, fost l-oħrajn, tiġi ċċelebrata b’devozzjoni liema bħalha fil-Belt Valletta nhar is-16 ta’ Lulju.

Fl-isfond ta’ dan il-jum, f’jum il-festa fis-6.30pm se ssir quddiesa mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.

Imbagħad, għall-ħabta tas-7.30pm jibda pellegrinaġġ ta’ talb u ta’ ringrazzjament mat-toroq tal-Belt Valletta bil-vara devota tal-Madonna tal-Karmnu. Quddiem il-Kon Katidral ta’ San Ġwann se ssir ċelebrazzjoni Marjana u l-pellegrinaġġ ikompli sas-Santwarju.