Attivitajiet Kulturali
Rabat Agape Festival 2019

Bejn il-25 ta’ Jannar u s-17 ta’ Frar se tittella’ s-7 edizzjoni tal-festival tal-arti u kultura Kristjana fir-Rabat (Malta), b’enfasi fuq il-kult Pawlin.

Il-festival organizzat mill-Fondazzjoni Paulus jikkonsisti f’9 attivitajiet kulturali, li jvarjaw minn kunċerti (fosthom kunċert ta’ mużika sagra b’kompożizzjonijiet tal-Professur Joseph Vella), taħditiet, żjarat f’postijiet storiċi u quddies fl-okkażjoni tal-Festa tal-Konverżjoni u n-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta.

Ħafna mill-attivitajiet huma bla ħlas għall-pubbliku.  Għal iktar dettalji tista’ tmur fuq fondazzjonipaulus.org.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Il-Karnival huwa wieħed mill-eqdem festivals storiċi f’Malta, bi ftit inqas minn ħames sekli ta’ storja kkreditata u dokumentata li tmur lura għal żmien il-Kavallieri f’Malta. Kreazzjonijiet artistiċi ġodda jinħolqu waqt…

Attivitajiet Kulturali

L-Antartika huwa l-iksaħ kontinent, l-iżjed wieħed niexef u bl-ogħla elevazzjoni medja. Huwa wkoll il-kontinent li jinsab l-aktar l-isfel fin-naħa tan-nofsinhar tad-dinja. Peress li ż-żjarat huma ristretti, għalja u diffiċli, l-Antartika…

Attivitajiet Kulturali

Din l-attività ġiet posposta minħabba t-temp. Data oħra titħabbar iktar tard. Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet l-ewwel edizzjoni tal-attività Lejl Imkebbes li ser issr nhar is-Sibt, 3 ta’ Novembru…

Informazzjoni

Nhar il-Ħadd, 28 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi attivitajiet varji li qed jiġu organizzati fis-sit arkeoloġiku ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Bosta mill-attivitajiet se jiffukaw fuq il-produzzjoni,…

Aktar