Mużika
Recitals u workshops minn artisti lokali u barranin imtellgħin mill-Fondazzjoni Classique

Il-Fondazzjoni Classique se tniedi l-ewwel edizzjoni ta’ Mini-Festival imsejjaħ MUSIC+.

MUSIC+ se jkun jikkonsisti f’recitals minn artisti lokali u barranin, master classes f’diversi strumenti, workshops għall-istudenti tal-iskejjel primarji, talks u fl-aħħar Konferenza.

MUSIC+ se tibda l-Ġimgħa 28 ta’ Settembru 2018 b’recital  minn Edlira Shkurti (vjolin) u Erga Halilaj (pjanu), it-tnejn mill-Albanija. Tal-ewwel hija membru tal-RTSH Orchestra ta’ Tirana l-Albanija waqt li tat-tieni  barra li hija wkoll membru fl-istess Orkestra, hija Visiting Professor fl-Università tal-Arti fil-belt ta’ Tirana.  Wara jiġu tliet Recitals oħra: l-ewwel waħda l-għada s-Sibt 29 ta’ Settembru mill-pjanista żagħżugħ Għawdxi James Camilleri; kunċert ieħor l-għada l-Ħadd 30 ta’ Settembru bis-sehem ta’ Laura Magistrelli (klarinett) u Marina degl’Innocenti (pjanu), it-tnejn li huma mill-Italja. Magistrelli hija Professur tal-klarinett fil-Konservatorju Giuseppe Verdi ta’ Milan.  It-tielet kunċert sa jsir il-Ħadd 28 ta’ Ottubru bis-sehem Brendan Ball (kurunetta) li jdoqq mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, u l-pjanista Elaine Mercieca.  Dawn iż-żewġ solisti se jdoqqu l-World Premiere Deconstructed Images ta’ Alan Cassar.  Barra għadd ta’ klassiċi, min se jattendi se jkollu ċ-ċans ukoll li jisma’ mużika ta’ kompożituri lokali.  Il-kunċerti kollha sa jsiru fis-Sala tal-Ministeru għal Għawdex Victoria u jibdew fis-7.30pm.

Laura Magistrelli, Edlira  Shkurti, u Erga Halilaj, matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu  tas-Sibt 29 ta’ Settembru se jkunu qegħdin jagħtu master classes fil-klarinet, vjolin u pjanu rispettivament.  Dawn il-lezzjonijiet sa jsiru fil-Gozo Visual nad Performing Arts School fix-Xewkija.

Nhar il-Ħamis, 4 t’Ottubru se jsiru wkoll żewġ workshops oħra għal tfal mill-iskejjel Primarji – Opera 4 Kids –  li sa jitmexxew minn Ms Sarah Spiteri.  L-għada, il-Ġimgħa 5 ta’ Ottubru, fis-7.30pm Dr Abraham Borg, fis-Sala tal-Ministeru għal Għawdex se jitkellem dwar  Opera in Malta: a brief overview.

MUSIC+ jasal fi tmiemu bil-Konferenza ‘Il-futur tal-Opra f’Malta’  fi fiha jieħdu sehem rappreżentanti mill-entitajiet kollha li huma involuti fil-produzzjonijiet operistic fil-gzejjer Maltin.  Imexxi d-diskussjoni Dr Paul Xuereb u din l-attivita interessanti se tkun indirizzata  wkoll minn Ms Cecilia Xuereb u s-sopran internazzjonali Miriam Gauci.  Din il-Konferenza sa ssir il-Ġimgħa 9 ta’ Novembru 2018 fiċ-Circolo Gozitano, Pjazza Savina, Victoria fis-7.30pm.  Tkun bil-Malti u mportanti li wieħed jirreġistra biex ikun jista’ jattendi.

Id-Direzzjoni artistika ta’ MUSIC+ hija f’idejn Joseph Debrincat. L-attivtajiet kollha huma bla ħlas. MUSIC+ qed ikun sostnut bl-iskema “Ministry for Gozo NGO Assistance Scheme” programm ta’ finanzjarjament għall-Organizzazzjonijet Voluntarji f’Għawdex.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Bħal-lum ġimgħa, il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju 2019, l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali se tkun qed tesegwixxi Programm Mużikali bl-isem ta’ ‘Swing Summer Night’ fil-Każin San Gejtanu fit-8.00pm. Id-dħul għal dan il-Programm Mużikali…

Mużika

Nhar it-Tnejn 24 ta’ Ġunju fit-8pm, il-Banda San Gejtanu, taħt id-direzzjoni tas-Surmast direttur tagħha, Mro. Jonathan Borg FLCM, se tkun qed tesegwixxi Programm Mużikali fil-bitħa tal-Każin San Gejtanu, propju fil-ġurnata…

Mużika

Il-produtturi ta’ Balzunetta Productions qed iħabbru il-artisti prinċipali u l-bqija tal-kast għal musical ikoniku Il-Kbir Għadu Ġej, li ser iseħħ l-ewwel darba ġewwa Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta fid-9 ta’ Awwissu…

Mużika

The Embassy of France in Malta and the Embassy of Italy in Malta with the Italian Cultural Institute are organising a joint concert on Saturday 8th June at 7.30 pm…

Aktar