Attivita'
Rock in the Sky – spettaklu pirotekniku sinkronizzat mal-mużika

Il-logħob tan-nar issinkronizzat issa daħal fil-kalendarju tagħna u sar parti integrali miċ-ċelebrazzjoni li jorganizza l-Mount Carmel Band Club biex jiċċelebra l-festa tal-patruna tiegħu il-Madonna taħt it-titlu tal-Karmelu.

Wara s-suċċessi miksuba fl-aħħar snin, in-nies tal-Gżira saru jistennew dan l-ispettaklu bil-ħerqa. U mhux il-Gżirjani biss, għax fost il-folla miġbura x-xatt wieħed ikun jista’ jinnota ħafna li jinżlu l-Gżira apposta għal dan l-ispettaklu mill-isbaħ. Għal din is-sena, il-kumitat reġa’ ħalla f’idejn iż-żgħażagħ fi ħdanu u fil-ħbieb tagħhom li bl-entużjażmu tas-soltu reġgħu daħlu għal biċċa xogħol iebsa biex joħolqu spettaklu jekk jista’ jkun isbaħ minn tas-sena l-oħra.

Il-kumitat m’għandu ebda dubju li ż-żgħażagħ tiegħu jilqgħu din l-isfida, jipproduċu l-aqwa possibbli u jagħmluna kburin bihom. U wieħed ma jistax ma jsemmix il-kapaċità eċċezzjonali ta’ Matthew Calleja li rnexxielu jlaqqa’ biċċiet mill-mużika popolari ta’ Queen, ACDC, Bon Jovi u survivor bir-ritmu tagħha li għandha tqajjem l-entużjażmu ta’ dawk l-ixxjurtjati li jkunu x-xatt.

Bħas-snin ta’ qabel qed nistennew li x-xatt ta’ quddiem il-Każin ikun miżgħud bin-nies, ilkoll jieħdu gost u japplawdu meta jaraw l-iswed tas-sema jiddawwal bl-isbaħ kuluri.

Huma ftit l-irħula u l-ibliet li jistgħu joffru spettaklu bħal dan. Huma biss dawk li għandhom xatt sabiħ bħal tagħna, bil-baħar jirrifletti l-kuluri li jkun hemm fis-sema. Din hi l-ħolma li ħolmu ż-żgħażagħ tagħna ftit tas-snin ilu. U waħedhom, bl-inkoraġġiment tal-kumitat, il-ħolma tagħhom wettquha u għamluha realtà.

Għalkemm hu kmieni wisq biex ngħidu proset lil dawn iż-żgħażagħ, il-kumitat jinsab żgur li din is-sena wkoll dan il-logħob se jkun suċċess, u forsi jiżboq dak tas-sena l-oħra.  Għalhekk nistiednukom biex nhar is-Sibt 7 ta’ Lulju tinġabru x-xatt fil-11 pm biex magħna tapprezzaw dan ix-xogħol mill-isbaħ.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ se jtella’ Villaġġ tal-Milied fi Pjazza San Filep u Triq Sciortino Ħaż-Żebbuġ. L-attività, li qed tittella’ bil-kolloborazzjoni mal-Kadini tal-Banda u bl-attendenza tal-Iscouts, se ssir nhar l-Erbgħa li…

Attivita'

Nhar it-Tnejn 17 ta’ Diċembru fil-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar ser jittella’ l-kunċert annwali għal żmien il-Milied mill-Kor Jubilate Deo. Din is-sena, il-kunċert għandu sinifikat akbar minħabba l-fatt li matulu ser ikun…

Attivita'

Għal darb’ oħra l-kunċert annwali tal-kor The New Choral Singers se jittella’ fuq żewġ serati: nhar it-Tlieta 18 ta’ Diċembru, fil-Pro Katidral Anglikan ta’ San Pawl ġewwa l-Belt Valletta, u…

Attivita'

Għar-raba’ sena konsekuttiva, il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi se jorganizza Pjazza Milied fi Pjazza San Nikola. Din is-sena Pjazza Milied se tinkludi attrazzjoni unika bil-parteċipazzjoni tas-Siġġiewi, fil-proġett Magna Żmien li qed isir…

Aktar