Mużika
RockAstra – Spettaklu mużikali mill-Banda Ċittadina La Stella

RockAstra, wieħed mill-attivitajiet ewlenin tal-kalendarju mużikali ta’ Għawdex, se jirritorna nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Ġunju. Dan l-avveniment huwa organizzat mis-Soċjetà Filarmonika La Stella bis-sehem tal-Banda Cittadina La Stella taħt it-tmexxija tas-Surmast  Sigmund Mifsud.

RockAstra ta’ din is-sena ser jkollha s-sehem tal-aqwa talent lokali fosthom Chris Grech, Ludwig Galea, Remy Azzopardi, Mikaela u Gabriella Azzopardi.  Il-kor Piccole Stelle, ta’ l-istess Teatru Astra, immexxi minn Sylvana Cini, ser jkun qed jipparteċipa waqt xi siltiet.

Fost il-biċċiet mużikali ser jkun hemm dawk mir-repertorju ta’ Pink Floyd, Beatles, Andrew Lloyd Webber, Freddie Mercury, John Lenon u Bon Jovi, fost l-oħrajn.  Din l-għażla ta’ mużika fost ser iġġedded il-memorja tal-produzzjonijiet tal-musicals li saru dan l-aħħar tlett snin ġewwa t-Teatru Astra, bl-aktar wieħed riċenti jkun Jesus Christ Super StarDan l-aċċenn lejn it-Teatru Astra hu floku anke fid-dawl tal-anniversarju speċjali li qed jkun mfakkar din is-sena, il-50 sena mill-ftuħ tat-Teatru Astra, lura fis-sena 1968.

Dan l-ispettaklu mużikali popolari ħafna kemm ma l-Għawdxin u Maltin u anke il-barranin li jgħixu fil-gżira, ser isir fil-parti ta’ fuq ta’ Triq ir-Repubblika, triq ewlenija ġewwa l-Belt Victoria fuq sfond mżewwaq b’viżwal u dwal mill-aqwa.

Dan il-kunċert li d-dħul tiegħu hu mingħajr ħlas, qed isir fil-kuntest tal-festi ta’ Jum il-Belt Victoria organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria, u hu parti mill-programm ta’ attivitajiet ta’ Valletta 18 – Belt Kapitali tal-Kultura.  Din l-inizjattiva kienet sostnuta bl-iskema “Ministry for Gozo NGO Assistance Scheme” programm ta’ finanzjament għall-Organizzazzjonijiet Volontarji f’Għawdex u bil-kollaborazzjoni ta’ General Softdrinks, u Citadel Insurance.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb fuq www.lastella.com.mt

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Maltese tenor Nico Darmanin will be holding his first-ever big band swing concert in Malta next February – just in time for Malta’s swing-music lovers to enjoy a truly unforgettable…

Mużika

Imħabbra d-dati għall-Beland Music Festival 2019, li issa dieħel fit-tmien edizzjoni tiegħu biex sar wieħed mill-aktar popolari mal-poplu Malti fost il-kalendarju ta’ avvenimenti mużikali stabbiliti fuq bażi nazzjonali. Bejn it-3…

Mużika

Matul is-sena 2019, l-Għaqda Mużikali Sant’Elena ta’ Birkirkara qed tħejji programm speċjali ta’ attivitajiet sabiex jitfakkar dan l-anniversarju speċjali u importanti, tal-għaqda li twaqqfet fl-1919. Proprju għada s-Sibt 5 ta’…

Mużika

Gaulitana: A Festival of Music will present the concluding concert of the Miriam Gauci Vocal Master Class on the 6th of January, 2019 at 19:00hrs at the Ministry for Gozo…

Aktar