Attivitajiet Kulturali
Is-sagru u l-profan jiltaqgħu f’wirja fotografika

L-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq, permezz tal-fond ‘Komunitajiet Kreattivi’ fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti, qed ittella’ wirja fotografika fil-piano nobile tas-sede tas-Soċjetà.

Din il-wirja hi kollezzjoni fotografika ikkummissjonata mill-istess Soċjetà, xogħol il-fotografu Sebio Aquilina.

Il-wirja hi maqsuma f’żewġ partijiet li fihom jinħoloq bħal spazju ta’ riflessjoni permezz tal-kuntrast bejn ir-ritwal sagru kontrappost mar-ritwal profan.

Din il-ġabra ta’ ritratti bħal tonsob xeni ħajjin mill-iljieli tal-karnival spontanju Għaxqi u mill-purċissjoni magħrufa bħala tar-Redentur li sseħħ f’Ras ir-Randan.

Ritratti li jaqbdu b’saħħa l-azzjoni vibranti u l-emozzjonijiet tal-mument hekk kif qed iseħħu fil-pjazza jew fit-triqat antiki tar-raħal.

Xbihat bħal xhieda ta’ ritwali repetuti fis-sekli taż-żmien. Ritratti li jostru fihom xeni bħal donnhom misruqa mill-imgħoddi ta’ dan ir-raħal ċkejken, waqt li jibqgħu straordinarjament kontemporanji.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Heritage Malta se torganizza attività dwar misteri u stejjer sopranaturali marbuta mal-Forti Sant’Anġlu.  Minbarra li huwa ġawhra fl-istorja kulturali ta’ Malta, dan il-forti għandu ħafna misteri u leġġendi marbuta mal-istorja…

Attivitajiet Kulturali

Nhar is-Sibt 19 ta’ Mejju 2018 il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa ser ikun qiegħed jorganizza l-attività annwali tiegħu bl-isem ta’ ‘Ħal Luqa mal-Medda taż-Żmien’. Bħal ta’ kull sena l-Kunsill jieħu…

Attivitajiet Kulturali

Il-Kunsill Lokali San Ġiljan qed jorganizza Lejla Folkloristika nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Mejju 2018 fil-Pjazza tal-Balluta u mad-dawra tal-Pjazza, mis-06:00 ta’ filgħaxija ‘l quddiem. Waqt din l-attività se jieħdu sehem,…

Attivitajiet Kulturali

Broken Dreams, parti mill-esibizzjoni fotografika multikulturali ta’ Valletta 2018, A Tale of Two Cities, tiftaħ fl-20 ta’ April fil-Mużew Nazzjonali tal-Posta u l-Hub tal-Arti fil-Belt Valletta. L-esibizzjoni hija kollezzjoni ta’ ritratti ta’…

Aktar