Reliġjon
San Publju ċċelebrat f’Buġibba nhar is-Sibt li ġej

L-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta tgħid li għall-Maltin il-Kapitlu 28 tal-Atti tal-Appostli huwa speċjali, għax insibu r-rakkont tal-ġrajja tal-miġja ta’ San Pawl f’pajjiżna u l-laqa’ li Publju, l-prinċep tal-gżira għamillu.

Il-figura ta’ Publju hi pjuttost waħda siekta iżda fil-ftit vrus tal-Atti naraw ir-relevanza kbira li dan il-personaġġ għandu għal żmienna speċjalment quddiem sitwazzjonijiet etiċi u morali marbuta mal-ħajja, mal-immigrazzjoni u tmexxijja, fil-fatt Publju, il-prinċep Malti u aktar tard l-ewwel ragħaj nisrani f’pajjiżna jirrapreżenta t-tmexxija ċivili u spiritwali ta’ Malta.

L-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta hi għaqda volontarja li twaqqfet bil-għan li żżomm ħaj il-kult u d-devozzjoni tal-qaddis permezz ta’ diversi inizjattivi li tieħu matul is-sena. Għat-tielet sena l-Assoċjazzjoni ser tkun qed tmexxi x-xbieha tal-qaddis permezz ta’ festa li ser tiċċelebra ġewwa Buġibba, fil-qalba ta’ post turistiku nhar is-Sibt li ġej, 14 ta’ Settembru 2019.

Fis-7.00pm ser issir quddiesa animata mill-grupp ‘Rising Sun’ max-xatt ta’ Buġibba (faċċata tad-Dolmen). Wara l-quddiesa ser issir manifestazzjoni bi statwa ta’ San Publju, akkumpanjata mill-banda li tasal sal-pjazza ta’ Buġibba fejn tingħata l-Barka Sagramentali.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Nhar il-Ħadd 25 ta’ Awwissu, wara nuqqas ta’ aktar min tletin sena l-Luqin ser jerġgħu jaraw l-istatwa devota tal-Madonna taċ-Ċintura, lura fit-toroq tar-raħal. Kienet ilha ħafna x-xewqa tal-Luqin li din…

Reliġjon

Minħabba t-temp mux daqshekk stabbli tal-bieraħ filgħaxija, kellha titħassar il-purċissjoni tas-Salib, hekk magħrufa bħala l-puriċssjoni ta’ Santu Kruċ f’Birkirkara. Din issa ġiet posposta għal għada l-Ħadd filgħodu, fejn wara l-quddies…

Mużika

B’rabta mal-festa liturġika ta’ San Ġorġ li, minħabba r-rikorrenza ta’ l-Għid il-Kbir, din is-sena ser tiġi ċċelebrata nhar it-Tnejn 29 t’ April, is-Soċjetà La Stella ser tkun qed tniedi programm…

Reliġjon

Il-Wirja Ġrajjiet il-Fidwa, li din is-sena tagħlaq għoxrin sena minn meta bdiet titella’, hija waħda mill-wirjiet stabbiliti. Din qegħda titella’ ġewwa l-bini tal-Kunsill Lokali fi Triq San Ġużepp l-Isla, u…

Aktar