Mużika
‘Santa Marija, il-Mara l’Hi Sbuħija’ – Kunċert ta’ mużika oriġinali fiċ-Ċittadella

Il-kunċert-oratorjo bit-tema ‘Santa Marija, il-Mara l’Hi Sbuħija’, se jittella’ nhar is-Sibt, 4 ta’ Awwissu mill-Fondazzjoni Santa Ċeċilja ta’ Għawdex. Dan l-oratorjo huwa marbut mal-misteru tal-Assunta u mat-tradizzjonijiet li jsawwru dan il-poplu u li huma marbutin mal-ġrajja tal-Konvoj ta’ Santa Marija.

Waqt it-tnedija ta’ dan il-kunċert-oratorju li ser isir fil-Knisja Katidrali ta’ Għawdex, il-Ministru Justyne Caruana faħħret l-impenn u l-professjonalità li qed tħaddan din l-għaqda volontarja biex kull ma jmur, tkompli tkattar il-wirt kulturali, speċjalment dak mużikali fil-gżira Għawdxija. Il-Ministru Caruana rringrazjat lis-Surmast Antoine Mercieca kif ukoll lis-Sur Joe W. Psaila li ħa ħsieb jikteb il-lirika għal dan l-oratorju b’differenza.

Il-Ministru għal Għawdex qalet li din l-inizjattiva, ikkwalifikat b’suċċess biex tikseb il-fondi taħt l-iskema li nieda l-istess ministeru biex tassisti organizzazzjonijiet volontarji Għawdxin u dan juri l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex biex tisseddaq il-kultura f’Għawdex u b’hekk ikollna prodott turistiku b’valur miżjud.

L-oratorjo hu miktub għal solisti u orkestra li se jkunu taħt id-direzzjoni mużikali u artistika tas-surmast Antoine Mercieca. Se jieħdu sehem is-soprani Rosabelle Bianchi, Ruth Portelli, u Maria Grech Magro, il-mezzo-sopran May Caruana, it-tenur Charles Vincenti, u l-baritonu Louis Andrew Cassar.

Dan il-kunċert-oratorju ser isir ġewwa l-Katidral ta’ Għawdex nhar is-Sibt, 4 ta’ Awwissu 2018 u se jibda fit 8.30pm. Il-pubbliku inġenerali hu mistieden bla ħlas.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Il-Fondazzjoni Classique se tniedi l-ewwel edizzjoni ta’ Mini-Festival imsejjaħ MUSIC+. MUSIC+ se jkun jikkonsisti f’recitals minn artisti lokali u barranin, master classes f’diversi strumenti, workshops għall-istudenti tal-iskejjel primarji, talks u…

Mużika

The evocative Hâra d-Dejqa (Narrow Street) in very central Victoria will be the venue of an open-air classical concert being held on Saturday, 25th August. Presented by the Gozo Cultural…

Mużika

II-grupp vokali The Swingles ilu jwessa’ l-orizzonti mużikali għal dawn l-aħħar ħamsin sena. Is-seba’ kantanti żgħażagħ li illum jiffurmaw dan il-grupp ibbażat f’Londra – Joanna Goldsmith-Eteson, Federica Basile, Liz Swain,…

Aktar