X

Se jingħaqdu biex inaddfu żona f’Birżebbuġa – titħajjar tagħti daqqa t’id?

Tim ta’ volontiera se jingħaqdu flimkien biex inaddfu ż-żona ta’ Birżebbuġa magħrufa bħala Għar Ħasan.

L-attività se ssir nhar is-Sibt, 15 ta’ Settembru bejn is-7:30am u l-11:30am mill-grupp.

Iż-żona li se titnaddaf hija mgħonnija b’għar u rdum.

Clean Up Malta u l-Kunsill Lokali tal-lokalità diġà organizzaw żewġ attivitajiet simili fil-passat.

Intant min irid jagħti daqqa t’id wieħed hu mitlub biex jattendi għall-attività. Kull min imur se jingħata par ingwanti, ilma u basktijiet fen wieħed jarmi.

av :