Attivita'
Se jippruvaw isajru 3,000 platt f’lejl wieħed f’Għawdex

Hekk kif is-sajf issa daħal f’laqwa tiegħu, mhux b’inqas l’għadd kbir ta’ attivitajiet li jiġu organizzati matul dan l-istaġun. Għawdex f’dan iż-żmien ikun fl-aqwa tiegħu, b’għadd kbir ta’ Maltin u turisti jżuru din il-gżira għal ftit jiem ta’ mistriħ u sabiex igawdu mill-kultura unika ta’ din il-gżira.

Għal sena oħra ser tiġi organizzata edizzjoni speċjali f’Għawdex tal-Festival Internazzjonali Malti – ċelebrazzjoni kulinari tal-aqwa kċejjen minn madwar id-dinja fil-Pjazza tax-Xewkija. Wara s-suċċess tal-edizzjoni precedenti din is-sena l-avveniment ser ikun mifrux fuq jumejn – il-Ġimgħa 10 u s-Sibt 11 ta’ Awwissu.

Din ser tkun opportunita’ unika sabiex wieħed jaqsam il-passjoni tiegħu għall-ikel filwaqt li jduq l-ifjen platti minn għadd ta’ pajjiżi minn madwar id-dinja fl-isfod tar-rotunda majestuża tax-Xewkija.

Din is-sena l-avveniment mistenni jkun ikbar minn qatt qabel fejn il-parteċipanti qiegħdin jilqħgu l-isfida li jippruvaw iservu madwar 3000 platt f’lejla waħda biss. Din ser tkun sfida għall-kokijiet parteċipi li jridu jassiguraw il-kwalita’ u t-tjubija fl-ikel filwaqt li jirnexxielhom jservu dawn il-platti f’qasir żmien. L-ikel ser ivarja minn dak Malti, Indjan, Amerikan, Olandiż, Taljan u Germaniż. Ser ikun hemm ukoll għadd ta’ deżerti addattati għal dan iż-żmien tas-sena.

Id-dħul għal din l-attivita’ ser ikun b’xejn. Dawk li jixtiequ jduqu jew jieklu wieħed mill-platti preparati jistgħu jixtru l-biljetti minn numru ta’ stands li ser ikunu armati. Ser ikun hemm ukoll varjazzjoni ta’ xorb u inbid bi prezzijiet raġonevoli.

Servizz shuttle service ser jiġi offrut mill-Imgarr sax-Xewkija.

Edizzjoni speċjali f’Għawdex tal-Festival Internazzjonali Malti tal-Ikel ser tittella l-Ġimgħa 10 u s-Sibt 11 t’Awwissu mis-sitta ta’ filgħaxija ‘il quddiem fil-Pjazza tax-Xewkija.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Nhar il-Ħadd li ġej se ssir l-open day fi Pjazza Teatru Rjal. Pjazza Teatru Rjal u ŻfinMalta National Dance Company ingħaqdu flimkien biex itellgħu l-open day. L-open day se tibda…

Attivita'

Il-Kunvent tal-Karmnu tal-Imdina qed jorganizza wirja ta’ arti tal-artist Damian Ebejer. Il-wirja The Within: Paintings and Divergencies tinterpreta l-Kastell Ġewwieni ta’ Santa Tereża ta’ Ġesù. Hija se tittella’ bejn it-12…

Attivita'

This is a great opportunity for families to explore two of Malta’s most breathtaking wild places – Għadira Nature Reserve and Foresta 2000. Start the day at Għadira, pick up a copy of…

Attivita'

The Malta All-Breed Rabbit Club together with the Malta Cage Bird Association will be hosting the second Bird & Rabbit Show after last year’s awesome success! These two clubs have…

Aktar