Mużika
Se jkun hawn f’Malta l-vuċi ta’ Freddie Mercury

L-artist Kanadiż Marc Martel li l-vuċi tiegħu hija identika bħal ta’ Freddie Mercury se jkun fostna f’Malta! Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju, Marc Martel, kantant li qed jieħu fama internazzjonali b’ritmu mgħaġġel, se jkun qiegħed jagħti kunċert tal-aqwa siltiet tal-grupp mużikali QUEEN fit-tieni edizzjoni tal-kunċert Rock The Fort. Bla dubju li Martel, permezz tal-vuċi tiegħu se jsaħħar lil dawk preżenti bis-siltiet mużikali bħal ‘We Will Rock You’, l-ikonika ‘Bohemian Rhapsody’, ‘Somebody to love’ u finalment ‘We Are the Champions’.

Għal darb’ oħra dan il-kunċert se jsir fil-Marina tal-Belt Vittoriosa għad-dell tas-swar imponenti tal-Forti Sant’Anġlu. Dan ser isir b’risq il-fondazzjoni filantropika, The Marigold Foundation.

Il-kantant Marc Martel li għad għandu biss 42 sena, beda l-karriera tiegħu minn sempliċiment ‘band’ reliġjuża taħt l-isem ‘Downhere’ fil-Kanada. Martel jinsab fuq quddiem nett bħala s-sostitut ideali ta’ Freddie Mercury fil-grupp mużikali QUEEN. L-artist innifsu iżda jistqarr li din ma kinetx il-ħajja li qatt ħaseb li se jkollu, b’ħafna folol u sostenituri tiegħu madwar id-dinja kollha, u dan wara li deher fil-programm famuż ‘Americon Idol’.

Aktar minn hekk, Roger Taylor, id-drummer uffiċjali tal-QUEEN jitkellem fuq Martel u jgħid “that voice… you listen, close your eyes and you think it’s Freddie”, daqslikieku Freddie Mercury jinsab preżenti jkanta fostna ! F’Awwissu tal-2017, Martel, nistgħu ngħidu li rnexxielu jnissel demgħa lill-kantanta Celin Dion, permezz tal-interpretazzjoni perfetta tiegħu tas-silta ‘Somebody to Love’. Il-filmat fuq Youtube rawh iktar minn sitt miljun ruħ!

Titlifx ħin! Idħol issa ixtri l-biljetti tiegħek minn fuq www.showshappening.com/rtf/marcmartel sabiex nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju, inti wkoll tkun preżenti għat-tieni edizzjoni tal-kunċert Rock The Fort bil-mistieden ewlieni, Marc Martel.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Bħal-lum ġimgħa, il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju 2019, l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali se tkun qed tesegwixxi Programm Mużikali bl-isem ta’ ‘Swing Summer Night’ fil-Każin San Gejtanu fit-8.00pm. Id-dħul għal dan il-Programm Mużikali…

Mużika

Nhar it-Tnejn 24 ta’ Ġunju fit-8pm, il-Banda San Gejtanu, taħt id-direzzjoni tas-Surmast direttur tagħha, Mro. Jonathan Borg FLCM, se tkun qed tesegwixxi Programm Mużikali fil-bitħa tal-Każin San Gejtanu, propju fil-ġurnata…

Mużika

Il-produtturi ta’ Balzunetta Productions qed iħabbru il-artisti prinċipali u l-bqija tal-kast għal musical ikoniku Il-Kbir Għadu Ġej, li ser iseħħ l-ewwel darba ġewwa Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta fid-9 ta’ Awwissu…

Mużika

The Embassy of France in Malta and the Embassy of Italy in Malta with the Italian Cultural Institute are organising a joint concert on Saturday 8th June at 7.30 pm…

Aktar