Attivita'
Se terġa’ tittella’ l-kummiedja Ejja tabib għax għandi t-taqlib

Wara 35 sena, fuq kitba ta’ Manwel Haber, ACTion Productions se terġa’ tippreżenta l-kummiedja Ejja tabib għax għandi t-taqlib.

L-istorja ta’ din il-kummiedja ddur mal-familja Mula. Jessie, tfajla mqarba u fuq tagħha, titlef għajnejha fuq it-tabib u tilgħabha tal-marida biex it-tabib jiġi sad-dar u jagħmlilha viżta.

Fl-aktar mument delikat jitfaċċa missierha Ċensu f’sakra ma jarax art. Ċensu, li jaħdem bħala watchman, bank il-għażż, moħħu biss biex jixrob u jisker. Iż-żwieġ tiegħu ma’ martu Ġuża ma tantx sejjer tajjeb. Ġuża, mara vanituża, li aktar tqatta’ ħin tiġri barra milli d-dar, tiddeċiedi li lil Ċensu tiqaflu darba għal dejjem u tibgħat għal avukat.

Bil-permezz ta’ Eileen Montesin u Mark Haber din il-kummiedja se terġa’ tittella’ fuq il-palk fuq direzzjoni ta’ Sonic-J Aquilina nhar is-Sibt li ġej fis-7pm u l-Ħadd fis-2pm, fil-Kulleġġ Primarju San Benedittu, Birżebbuġa.

Għall-biljetti wieħed jista’ jċempel fuq  79337273 jew permezz tal-paġna fuq Facebook ACTion Productions.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti qed ittella’ esebizzjoni tal-mużajk Of Land and Sea minn Raymond Aquilina u Flavia Marmara. Raymond Aquilina u Flavia Marmarà huma żewġ kollegi u artisti appasjonati fl-arti tal-mużajk….

Attivita'

Għada, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex jattendi għal laqgħa kommemorattiva f’isem l-iskultur Frans Galea, fil-mużew nazzjonali tal-arti MUŻA. F’dan l-avveniment se jattendu familjari u ħbieb ta’ Galea biex jaqsmu…

Attivita'

Nhar il-Ħadd, 19 ta’ Mejju, Heritage Malta b’kollaborazzjoni mal-NGO Friends of Villa Frere qed jistiednu lill-pubbliku biex iżur il-ġonna kurjużi ta’ Villa Frere f’Tal-Pietà. Għalkemm fl-aqwa żmien tiegħu dan il-post…

Attivita'

Il-Ġimgħa 17 ta Mejju, mill-10 ta’ filgħodu sa nofsinhar, fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, il-Fondazzjoni ta’ Malta għall-Ġid tas-Soċjetà, f’kollaborazzjoni maċ-Ċentru Kulturali Ċiniż f’Malta, ser ikunu qegħdin jorganizzaw it-tieni edizzjoni…

Aktar