Attivita'
Segwi l-Pageant of the Seas minn Forti Sant’Anġlu

Nhar is-7 ta’ Ġunju, festa pubblika, Forti Sant’Anġlu se jiftaħ għall-pubbliku bi prezz imraħħas ta’ €2 filwaqt li l-ħinijiet tal-ftuħ se jkunu estiżi sakemm jispiċċa l-ispettaklu tal-Pageant of the Seas.

Matul il-ġurnata l-Historical Re-enactment Group of Malta flimkien ma’ gruppi ta’ re-enactments barranin se jkunu qed itellgħu diversi rappreżentazzjonijiet għall-perjodu tal-ħakma Franċiża bejn l-1798 u l-1800. Forti Sant’Anġlu hija waħda mid-diversi siti li qed jospitaw serje ta’ inizjattivi mifruxa madwar Malta u Għawdex li jinkludu mas-600 persuna, 400 minnhom ġejjin minn madwar l-Ewropa.

Forti Sant’Anġlu tiddomina l-ponta tal-Birgu kif ukoll il-Port il-Kbir u toffri l-aħjar veduta għall-pubbliku biex isegwi l-ispettaklu fil-Port il-Kbir li se jsir bejn l-4.30pm u l-11.30pm. Il-Pageant of the Seas, organizzata minn Valletta 2018, se tinkludi dgħajjes tar-regatta, power boats, jottijiet u braken karnivaleski. F’dan l-ispettaklu se ssir ukoll L-Għawma Toni Bajada u t-tellieqa b’differenza, Tellieqa Telliqun. Wirja spettakolari tal-logħob tan-nar minn fuq il-baħar kif ukoll tal-ajru minn Forti Ricasoli ttemm dan l-ispettaklu.

Għal din l-okkażjoni Forti Sant’Anġlu se jibqa’ miftuħ sakemm tintemm il-Pageant of the Seas, jiġifieri bejn id-9.00am u l-11.300pm, bl-aħħar dħul isir fil-11.00pm. Tfal u membri ta’ Heritage Malta jidħlu b’xejn.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti qed ittella’ esebizzjoni tal-mużajk Of Land and Sea minn Raymond Aquilina u Flavia Marmara. Raymond Aquilina u Flavia Marmarà huma żewġ kollegi u artisti appasjonati fl-arti tal-mużajk….

Attivita'

Għada, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex jattendi għal laqgħa kommemorattiva f’isem l-iskultur Frans Galea, fil-mużew nazzjonali tal-arti MUŻA. F’dan l-avveniment se jattendu familjari u ħbieb ta’ Galea biex jaqsmu…

Attivita'

Nhar il-Ħadd, 19 ta’ Mejju, Heritage Malta b’kollaborazzjoni mal-NGO Friends of Villa Frere qed jistiednu lill-pubbliku biex iżur il-ġonna kurjużi ta’ Villa Frere f’Tal-Pietà. Għalkemm fl-aqwa żmien tiegħu dan il-post…

Attivita'

Il-Ġimgħa 17 ta Mejju, mill-10 ta’ filgħodu sa nofsinhar, fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, il-Fondazzjoni ta’ Malta għall-Ġid tas-Soċjetà, f’kollaborazzjoni maċ-Ċentru Kulturali Ċiniż f’Malta, ser ikunu qegħdin jorganizzaw it-tieni edizzjoni…

Aktar