Attivitajiet Kulturali
Segwi r-Regatta minn Forti Sant’Anġlu bi prezz imraħħas

Nhar is-7 t’April, Forti Sant’Anġlu se jiftaħ għall-pubbliku bi prezz imraħħas ta’ €2, bil-pubbliku jkollu l-opportunità jsegwi r-Regatta tradizzjonali fil-Port il-Kbir mis-swar ta’ din il-forti.

Forti Sant’Anġlu tiddomina l-ponta tal-Birgu kif ukoll il-Port il-Kbir u toffri l-aħjar dehra għad-dilettanti tar-Regatta biex isegwu t-tiġrijiet tradizzjonali tad-dgħajjes Maltin. Ir-Regatta ssir darbtejn fis-sena fil-Port il-Kbir.

Ir-Regatta tibda fis-1.00pm u tkun kontestata minn seba’ distretti differenti. Il-qaddiefa jieħdu sehem f’għaxar tiġrijiet maqsumin f’żewġ kategoriji fejn mhux biss jispikkaw il-ħila u s-saħħa tal-qaddiefa iżda wkoll id-dgħajjes tipiċi Maltin bħal frejgatini, kajjikki, tal-pass u tal-midalji.

Dakinhar mal-ġurnata l-viżitaturi fil-Forti Sant’Anġlu se jkollhom l-opportunità jsegwu l-ħiliet u ġlied bix-xwabel minn membri tal-Malta Historical Fencing Association. Il-viżitaturi se jkunu jistgħu jżuru wkoll il-parti ta’ fuq tal-istess forti mmexxija mill-Ordni Sovran u Militari ta’ Malta. Minbarra ż-żjara bi gwida li ssir kuljum fil-11.00am, dakinhar se jsiru żewġ żjajjar żejda bi gwida li jibdew f’12.00pm u fis-1.00pm Il-biljetti għal dawn iż-żjajjar huma apparti mid-dħul għall-forti u jiswew €5 (adulti), €3 (studenti u anzjani), u €1.50 (tfal). Kull żjara hi miftuħa għal massimu ta’ 50 persuna.

Forti Sant’Anġlu se jkun miftuħ sakemm tintemm ir-Regatta, jiġifieri bejn id-9.00am u s-6.00pm, bl-aħħar dħul isir fil-5.30pm

Iktar tagħrif dwar attivitajiet organizzati minn Heritage Malta jinkiseb minn fuq il-website tal-aġenzija, www.heritagemalta.org

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Broken Dreams, parti mill-esibizzjoni fotografika multikulturali ta’ Valletta 2018, A Tale of Two Cities, tiftaħ fl-20 ta’ April fil-Mużew Nazzjonali tal-Posta u l-Hub tal-Arti fil-Belt Valletta. L-esibizzjoni hija kollezzjoni ta’ ritratti ta’…

Attivitajiet Kulturali

Nhar il-Ħadd, il-Forti Sant’Iermu se jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku biex iżur il-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra bla ħlas.  Heritage Malta se tagħmel dan fl-istess jum li fih Malta se tikkommemora l-għoti tal-George…

Attivitajiet Kulturali

Kuljum minbarra t-Tnejn, ħafna turisti u nies tal-lokal jinġabru fil-Pjazza tar-Repubblika f’Yerevan, l-Armenja, biex jaraw spettaklu ta’ żfin bl-ilma li jkun akkumpanjat minn stallazjonijiet ta’ dawl, filmati u mużika. Il-mużika…

Attivitajiet Kulturali

Il-ġimgħa d-dieħla bejn is-16 u l-20 t’April, se jiġi Malta l-Young Mixed Choir Inmmanuël biex itella’ żewġ kunċerti. Il-kunċerti jinvolvu mużika spiritwali li jvarjaw minn salmi tradizzjonali u gospel. Kunċert…

Aktar