Serata avventuruża f’Għar Dalam

Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għal serata avventuruża f’Għar Dalam li tinkludi żjara bi gwida fl-eqdem sit preistoriku f’Malta u fil-villa Rumana Ta’ Kaċċatura biċ-ċisterna tagħha, numru ta’ raddet ir-roti u oqbra antiki, li kollha jinsabu f’dan l-ambjent seren.

Wara din iż-żjara, il-parteċipanti se jkunu jistgħu jduqu ikel tipiku Malti, fosthom torti tal-fenek li f’din il-ġurnata kienu tradizzjonalment jittieklu fil-ġonna tal-Buskett, ir-Rabat, fejn il-Maltin kienu jinġabru biex jiċċelebraw il-festa ta’ San Pietru u San Pawl, magħrufa bħala Mnarja. Il-parteċipanti jistgħu jagħżlu li jqattgħu lejla reqdin taħt l-istilel, inkella ġewwa l-mużew. Filgħodu se jiġi servut xi ftit ikel ħafif.

Din l-attività hija adattata għall-familja kollha u hija l-mod ideali ta’ kif wieħed itemm il-ġimgħa f’rilass totali f’ambjent naturali frisk u intriganti filwaqt li jissoċjalizza u jagħmel ħbieb ġodda.

Dawk li se jipparteċipaw f’din l-attività għandhom jilbsu żraben komdi u jġibu magħhom sleeping bag, kutra jew xi kamp ċkejken.

L-avveniment jibda l-Ġimgħa, 28 ta’ Ġunju fis-6.30pm u jintemm s-Sibt filgħodu fit-8.00am.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

On Friday 9th August Pjazza Teatru Rjal presents the third edition of Notte Italiana. It has become somewhat of a tradition that we usher in the month of August with…

Fl-okkażjoni tal-mitt sena mill-miġja fir-raħal tal-Vara Titulari ta’ Santa Venera V. u M., fis-7pm, se jitlaq pellegrinaġġ devozzjonali mill-Knisja Parrokkjali sal-Knisja l-Qadima. Ir-rotta li ħa jieħu l-Pellegrinaġġ se tkun simili…

Il-Parroċċa Santa Marija ta’ Ħad-Dingli se torganizza l-festa ta’ Santa Marija Maddalena fil-kappella ddedikata lil din il-qaddisa fuq l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli (ħdejn ir-radar). Il-festa se tiġi ċċelebrata nhar it-Tnejn 22 ta’ Lulju, 2019.  Fis-7.30…

Aktar