Attivitajiet Kulturali
Serata ta’ mużika u riflessjonijiet fuq l-għuda tas-Salib

Is-Soċjetà Filarmonika Leone, bħal kull sena, qed ittella’ serata ta’ mużika u riflessjonijiet ftit qabel il-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa. Din is-serata se tkun qed tiffoka fuq l-għuda tas-Salib ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, b’hekk l-isem Lignum Crucis. Din it-tema ġiet ispirata mir-relikwa tas-salib, meqjuma fil-Katidral t’Għawdex – fl-istess post fejn se tittella’ din is-serata.

Il-Banda Ċittadina Leone, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tagħha Colin Attard, se tkun qed ittella’ programm mużikali magħmul minn siltiet varji tal-aktar kompożituri rinomati. Dan se jkun amalgamat ma’ riflessjonijiet rigward is-Salib li fuqu Kristu ta’ ħajtu, bi preparazzjoni għall-Ġimgħa Mqaddsa. Diversi elementi oħrajn se jkunu nkorporati f’din is-serata spiritwali.

Din is-serata se tittella’ nhar il-Ħadd 18  ta’ Marzu 2018, fit-8PM. Id-dħul ikun b’xejn, fejn riservazzjoni ta’ siġġijiet jistgħu isiru fuq [email protected], 99130694 jew 79001989.

Aħbarijiet Oħra
Attivitajiet Kulturali

Għal sena oħra konsekuttiva, nhar il-Ħadd li ġej 21 ta’ Ottubru 2018 għall-ħabta tas-6.00 ta’ filgħaxija, ser tkun qiegħda tittella’ l-akbar fjakkolata fil-gżira ta’ Għawdex ġewwa r-raħal ta’ Santa Luċija….

Attivitajiet Kulturali

Nhar il-Ħadd, 7 t’Ottubru, Heritage Malta se tkun qed tiftaħ Għar Dalam u l-Mużew tiegħu f’Birżebbuġa għall-pubbliku bla ħlas. Din hija opportunità biex wieħed iżur l-eqdem sit preistoriku li hawn…

Attivitajiet Kulturali

Jekk tħobb u għandek għal qalbek l-għasafar din l-attività żgur ma tistax titlifha. Biex tiċċelebra l-EuroBirdwatch18, BirdLife Malta se tagħmel sensiela ta’ attivitajiet fil-Buskett nhar is-Sibt 6 u l-Ħadd 7…

Aktar