Mużika
Siltiet mużikali minn films popolari f’kunċert imtella’ mis-Soċjetà Filarmonika L-Unjoni ta’ Ħal Luqa

Wara s-suċċess miksub is-sena l-oħra bil-kunċert ‘Movies at the Palace’, is-Soċjetà Filarmonika L-Unjoni ta’ Ħal Luqa ser tippreżenta spettaklu ieħor ta’ mużika, dwal u viżwal mid-dinja tac-ċinema nhar is-Sibt 23 ta’ Marzu 2019, ġewwa is-Sala Repubblika, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi (MCC). Dan il-kunċert ser jittella’ bis-sehem tal-Filarmonika L-Unjoni flimkien mal-Amadeus Chamber Choir, il-Malta National Children’s Choir u l-kantanti Eleonor Cassar, Tiziana Calleja, u Chris Grech.

Fost il-films li tagħhom ser jigu esegwiti siltiet mużikali nsibu l-aktar siltiet popolari minn The Avengers, Superman, Star Wars, Pirates of the Carribean, The Mission, Legends of the Fall, Braveheart, Crimson Tide, The Greatest Showman u oħrajn. L-għażla tal-mużika żgur għandha tappella għall-gosti differenti.

Id-direzzjoni tal-Filarmonika L-Unjoni flimkien maż-żewġ korijiet ser tkun f’idejn John David Zammit. Flimkien mal-banda ser jingħaqdu għadd ta’ strumenti orkestrali bhall-vjolini, vjolonċelli, kontrabaxxi, l-arpa, il-fagott u oħrajn. Jakkumpanjaw il-mużika ser ikun hemm effetti specjali ta’ dwal u viżwal li jrendu s-serata wahda tassew maġika.

Biljetti għal dan l-ispettaklu jisgħu jinkisbu minn fuq is-sit www.showshappening.com. Id-dħul minn dan il-kunċert ser ikun qed jgħin lill-Malta Communicty Chest Fund Foundation. Dan il-kunċert hu parti minn proġett iffinanzjat permezz taI-iskema ‘Voluntary Organisations Project Scheme’, amministrat mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat f’isem il-Ministeru għal-Edukazzjoni u l-Impjiegi.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Il-Qtates ta’ max-Xatt huwa spettaklu maġiku għat-tfal li se jiftaħ il-programm ta’ Teatru Malta għall-2019 fit-23 u l-24 ta’ Frar bi sħubija ma’ Festivals Malta. Din il-produzzjoni hija adattament tal-ktieb…

Mużika

Rock ’N Malta are proud to present Pink Floyd’s founding member Nick Mason and his band Saucerful of Secrets live in concert on the 10th of July at St.George’s Square,…

Mużika

Iktar minn 40 drummer Belġjan u iktar minn 50 drummer Malti se jieħdu sehem fl-ewwel edizzjoni ta’ Drumfest li se jsir f’Malta. Il-festival jikkonsisti f’medley ta’ kanzunetti popolari li se…

Mużika

Il-kantant Taljan Gianni Morandi se jagħti kunċert f’Malta f’April li ġej.  Morandi se jkanta l-iktar kanzunetti li kiseb suċċess bihom f’kunċert ta’ sagħtejn li se jieħu lill-udjenza fi vjaġġ tul…

Aktar