Attivita'
Skopri aktar dwar l-ambjent Malti fl-isfond ta’ Għar Dalam

Minbarra l-importanza paleontoloġika u arkeoloġika tiegħu, is-sit preistoriku ta’ Għar Dalam f’Birżebbuġa huwa wkoll żona protetta ta’ Natura 2000. Il-Ħadd li ġej, 11 ta’ Novembru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex iżur dan is-sit u jipparteċipa f’attivitajiet li se jiffukaw fuq aspetti varji tal-ambjent Malti. Dan l-avveniment se jinvolvi wkoll numru ta’ NGOs ambjentali u entitajiet tal-gvern.

L-attivitajiet se jibdew fid-9am bi żjara botanika fiż-żona ta’ Wied Dalam mmexxija min-Nature Trust. Din iż-żjara ssir mill-ġdid fil-11am, fis-2pm, u fl-4pm.

Fid-9:30am, l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) se tiddiskuti wkoll l-ispeċi Maltin. Din id-diskussjoni tiġi rrepetuta fl-10:30am u fil-11:30am.

Matul il-ġurnata, GROW 10 TREES Project se jkunu qed jagħtu dimostrazzjonijiet dwar il-propogazzjoni tas-siġar, filwaqt li fl-10:00am u fit-3:30pm se jkunu qed jiżirgħu xi siġar fil-post.

Diversi sezzjonijiet fil-wirja se jipprovdu iktar opportunità biex wieħed jesplora l-aspetti differenti tal-ambjent tagħna. Dawn jinkludu:
• Heritage Malta – fawna tal-għerien;
• Ambjent Malta – immaniġġjar tal-widien;
• ERA – speċi nazzjonali;
• Birdlife – crafts u treasure hunts;
• Nature Trust – l-ambjent naturali;
• Golden Island – tidwiq tal-għasel u turija ta’ kif isir. Il-prodotti tal-għasel ta’ Heritage Malta se jkunu għall-bejgħ.

Waqt dan l-avveniment, il-parteċipanti se jkunu jistgħu jagħżlu li jieħdu sehem f’attivitajiet relatati mal-ambjent, mixjiet madwar l-inħawi, u żjarat f’Għar Dalam. Se jkun hemm ukoll stand bl-ikel.

Il-viżitaturi se jingħataw roħs fil-prezz tad-dħul għal €2. Madanakollu, dawk li jaslu Għar Dalam bir-rota se jkunu jistgħu jidħlu bla ħlas bħala inċentiv għal użu ta’ trasport favur l-ambjent.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Nhar is-Sibt 15 ta’ Diċembru se torganizza Open Day mill-10am sa 12am fil-MUŻA. Id-dħul se jkun bla ħlas. L-għada MUŻA se jkun miftuħ bħall-mużewijiet l-oħra ta’ Heritage Malta – mid-9am sal-5pm…

Attivita'

Il-larinġ aħmar Malti akkwista reputazzjoni ta’ eċċelleza fi żmien meta dan il-frott kien meqjus bħala lussu fl-Ewropa, u n-negozju tiegħu fil-Mediterran kien pjuttost ristrett. Magħruf għat-togħma bnina u għall-fwieħa tiegħu,…

Attivita'

Schola Cantorum Jubilate huwa sinonimu mal-avveniment annwali ta’ ‘Carols by Candlelight’. Dan il-Milied, il-kor qed itella’ l ħmistax-il edizzjoni ta’ Carols by Candlelight fil-Knisja ta’ Santu Wistin ġewwa r-Rabat Għawdex…

Attivita'

EnKor huwa kor lokali u versatili, imwaqqaf fl-2002 u llum magħmul minn individwi ta’ etajiet u nazzjonalitajiet differenti. Il-kor, magħruf ukoll bħala #teamorange jkanta siltiet ta’ diversi stili, fosthom kanzunetti…

Aktar