Attivita'
Skopri aktar dwar l-UE

Fid-9 ta’ Mejju ngħaqad ma’ MEUSAC quddiem il-bini tal-Parlament fil-Belt Valletta bejn id-9am u s-1pm.

F’Jum l-Ewropa se jingħaqdu f’post wieħed iċ-ċentri li jipprovdu l-informazzjoni dwar l-UE u kull min jixtieq jista’ jkun jaf aktar u jistaqsi dwar opportunitajiet ta’ fondi tal-UE, l-impjiegi fl-UE, id-drittijiet tal-konsumaturi, benefiċċji tas-saħħa, karrieri u kwalifiki fl-UE, u opportunitajiet għaż-żgħażagħ, fost l-oħrajn.

Tista’ tkun taf aktar dwar x’jagħmlu l-MEUSAC, il-Europe Direct Valletta, ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, l-Uffiċċju ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew f’Malta u l-Aġenzija Ewropa għall-Ażil, EASO.

Waqt l-attività se jkun organizzat ukoll kwiżż dwar l-UE bejn l-istudenti.

U fuq l-għatba tal-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tista’ ssib informazzjoni dwar għalxiex għandek tivvota fl-elezzjonijiet li ġejjin.

L-attività hi organizzata mill-Europe Direct Valletta u l-MEUSAC, bil-kollaborazzjoni tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta u l-Uffiċċju ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew f’Malta.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

The National Library of Malta is inviting the general public to yet another lecture in the ‘POWER, COSTUME & SCENOGRAPHY: Making Fashion a Statement in 18th-19th Century Malta’ lecture series covering 2019-2020. The…

Attivita'

Ħal Għaxaq qed jipprepara biex jiċċelebra waħda mill-eqdem tradizzjonijiet tar-raħal; il-Karnival spontanju Għaxqi. Il-Karnival jibda l-Ġimgħa filgħodu għall-ħabta tad-9.30am b’attività bil-parteċipazzjoni tal-istudenti li jattendu l-iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq. Il-Karnival tal-Ħadd jikkonsisti f’serata bil-parteċipazzjoni ta’ numru ta’ gruppi ta’ żfin u immedjatament…

Attivita'

Is-Soċjetà Mużikali tal-Beland fiż-Żejtun din is-sena se tkun qed torganizza edizzjoni oħra tal-Beland Music Festival. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun qed tittella fit-8, 9, u 10 ta’ Mejju ta’…

Attivita'

Fil-Palazz ta’ Sant’Anton, nhar it-Tlieta 24 ta’ Diċembru se ssir il-Quddiesa tal-Milied fit-8pm.  Id-dħul huwa bla ħlas iżda biex wieħed jattendi huwa rrakkomandat li tibbukkja post biex jikseb invit.  …

Aktar