Attivita'
Skopri Għar Dalam bil-lejl

Heritage Malta qegħda toffri opportunità unika lill-pubbliku biex jesplora Għar Dalam u l-madwar bil-lejl.

L-attività tibda bi spjega qasira dwar il-biodiversitá tal-inħawi u wara l-viżitaturi jibdew jimxu lejn l-għar fejn fil-ġnien se jkollhom l-opportunità jisimgħu l-friefet il-lejl fejn se jintuża wkoll apparat teknoloġiku apposta. Żewġ speċi ta’ friefet il-lejl jabitaw proprju fl-għar ta’ Għar Dalam.

Fl-istess waqt se jinxtegħel dawl apposta biex jattira l-insetti fejn hemmhekk se ssir spjega dwar dawn l-insetti kif ukoll referenza dwar l-istudji entomoloġiċi fil-gżejjer Maltin u r-rabta bejn l-insetti u l-friefet il-lejl.

L-attività tkompli bi żjara fl-għar u spjega dwar l-iskoperti ta’ annimali li abitaw f’Malta snin ilu u dawk li għadhom jgħixu fl-għar fil-preżent. L-għar huwa sit importanti ħafna għall-panteoloġija, l-arkeoloġija u l-ekoloġija. Dan għax l-istrati tal-blat jitfgħu dawl fuq l-istorja tal-għar u ta’ Malta.

Is-sejba ta’ Għar Dalam fis-Seklu 19 kellha relevanza kbira għall-istorja preistorika ta’ pajjiżna wara li fl-iskavar ġew skoperti għadam ta’ bnedmin u ta’ annimali flimkien ma’ artefatti. Fil-preżent l-għar għadu d-dar ta’ diversi speċi ta’ annimali, u uħud minnhom huma ta’ interess kbir għall-fatt li speċi endemika tinstab f’dan is-sit biss. Dawn l-annimali u oħrajn se jkunu l-qofol taż-żjara fil-għar f’din l-attività.

Is-sit kollu ta’ Għar Dalam jikkonsisti fl-għar, sala fuq stil Vittorjan, sala oħra ta’ interpretazzjoni u ġnien b’siġar u pjanti indiġeni Maltin.

L-attività se ssir nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju fis-7.00pm. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mis-siti u mużewijiet ta’ Heritage Malta kif ukoll online.  Għal iktar tagħrif żuru s-sit heritagemalta.org, jew il-paġna uffiċjali tal-aġenzija fuq facebook.

Aħbarijiet Oħra
Attivita'

Nhar il-Ġimgħa 31 t’Awwissu u s-Sibt 1 ta’ Settembru, sitt produzzjonijiet qosra ser ikunu qed jitellgħu ġewwa Bormla fl-ewwel edizzjoni tal-Cospicua Short Play Festival. Dawn is-sitt plays, ta’ 20 minuta…

Attivita'

Hekk kif is-sajf issa daħal f’laqwa tiegħu, mhux b’inqas l’għadd kbir ta’ attivitajiet li jiġu organizzati matul dan l-istaġun. Għawdex f’dan iż-żmien ikun fl-aqwa tiegħu, b’għadd kbir ta’ Maltin u…

Attivita'

Heritage Malta qiegħda tagħti l-opportunità lill-pubbliku biex igawdi l-wirt kulturali u naturali fil-viċinanzi ta’ Għar Dalam f’atmosfera differenti u li jorqdu fil-miftuħ u f’ambjent sigur u trankwill bejn is-Sibt 11…

Attivita'

Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, se torganizza kunċert b’xejn għall-pubbliku. Il-Kunċert Exultet se jsir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, illejla fit-8pm. Huwa se jinkludi fih kant ta’ stil Gregorjan minn Juri…

Aktar